il-gimgha mqaddsa

L-ADDOLORATA GEWWA ADRANO

L-ADDOLORATA TA ADRANO

Gewwa Adrano, il-kult lejn Marija Addolorata jigi celebrat waqt il-purcissjonijiet tal-Gimgha Mqaddsa; kienet il-hakma spanjola li halliet it-timbru taghha fic-celebrazzjonijiet tal-Gimgha Mqaddsa.


Il-festa tigi celebrata fil-ghodwa tal-Gimgha l-Kbira bil-purcissjoni ta’ l-istatwa tad-Duluri, xoghol fl-injam, li tidhol f’kull knisja tal-lokal biex qisha tfakkar li l-Vergni Marija qed tfittex lil Binha. 


Unika ghal din il-purcissjoni huwa l-fatt li l-istatwa tingarr biss mis-sezzjoni femminili minkejja li hi xi ftit tqila. Kull darba li l-istatwa tidhol fil-knisja jew tohrog jigi kantat l-innu tad-Duluri, Stabat Mater Dolorosa, mill-kommunita’ partecipanti.