il-gimgha mqaddsa

L-ADDOLORATA GEWWA ASCONA

IL-VARA DEVOTA TA' MARIJA ADDOLORATA GEWWA ASCONA


Id-devozzjoni lejn Marija Addolorata ghandha  gheruq sewwa gewwa Ascona. Il-kult lejn Ommna Addolorata jigi celebrat matul il-Gimgha Mqaddsa, fil-Gimgha l-Kbira meta l-Knisja kollha tikkommemorja l-mewt ta’ Sidna Gesu’ fuq is-Salib. Fil-knisja parokkjali dedikata lil San Bernard minn Mentone fuq l-artal tal-Madonna, fejn jithejja l-artal tar-Reposizzjoni titqieghed l-istatwa ta’ l-injam ta’ Gesu’ mejjet, li tard filghaxija tingarr f’purcissjoni mat-toroq tal-lokal bit-talb indirizzat lil Marija Addolorata.


 Matul il-jiem ta’ Mejju l-parrucani ghandhom id-drawwa qaddisa li jingabru madwar il-Madonna taghhom u jirrecitawlha r-Ruzarju.


 Il-festa ta’ l-Addolorata tigi ffestegjata sollennement fil-jum tal-Hadd fuq il-15 ta’ Settembru li hija d-data tal-festa liturgika tal-Knisja.

Il-pajjiz kollu jkun armat ghall-festa u jilqa’ nies mill-Valle dell’ Aveto li jigu jzuru lill-Madonna Addolorata sa mill-lejla ta’ qabel. Huwa lejliet il-festa li jibdew ic-celebrazzjonijiet li tradizzjonalment  jifthu bil-muzika u kant mill-kor fl-istess knisja ta’ Ascona u jintemmu b’wirja ta’ loghob tan-nar ta’ l-ajru.


 F’jum il-festa jigu celebrati tlett quddisiet, wahda  fi sbieh il-jum, l-ohra tard filghodu bl-ahhar wahda tkun wara nofsinhar.


Fi tmien din il-quddiesa tibda’ l-purcissjoni  li ddur mat-toroq tal-lokal kollu u li ghaliha hemm partecipazzjoni qawwija minn nies. Fl-ahhar issir il-bewsa tar-relikwija.  Skond it-twemmin poplari tal-fidi din hija bicca drapp mill-mantel ta’ Marija.

 

Ta’ interess huwa l-Hadd ta’ wara; il-kommunita’ ta’ Ascona, wara li tkun qasmet il-festi u s-solennita’ man-nies ta’ madwar, ticcelebra b’ton inqas energetiku l-jum imsejjah “Madunnin”, jew jum l-Addolorata.  Ikun hemm quddies celebrat matul il-jum  anke sahansitra purcissjoni ohra mill-gdid.