il-gimgha mqaddsa

BISCEGLIE

MARIJA ADDOLORATA TA' BISCEGLIE

Ma' tmiem 1700 il-kult ta’ l-Addolorata kien diga’ imxerred fil-belt ta’ Bisceglie u dan hu prova li mill-1800 il-membri tal-Kongregazzjoni femminili kienu jezistu u fis-sena 1823 dan il-fatt huwa rregistrat fil-vizta pastorali. Inizjalment il-purcissjonijiet bl-istatwa ta’ Marija Addolorata fil-jum tal-Gimgha l-Kbira u fit-tielet Hadd ta’ Settembru kienu jigu celebrati mill-kapitlu tal-konkatidral u mill-konfraternita’ tal-Martri Qaddisa.


.Sas-sena 2010 kienu registrati 210 membru bid-dmir li jxerrdu l-kult u jiehdu sehem fil-purcissjoni, jerfghu l-istatwa u jippreparaw ghall-festegjamenti.

It-tunika tal-fratelli hija wahda bajda b’muzzetta kulur krema, cinglu abjad u labtu bil-figura tad-Duluri.

Fil-jum tal-Gimgha l-Kbira waqt il-purcissjoni meta jasal fil-mument tar-raba stazzjon tal-Via Sagra, issehh il-laqgha tal-Madonna ma’ Binha mghobbi bis-salib.


 

L-ibies tad-Duluri fil-Jum tal-Gimgha l-Kbira huwa wiehed iswed minghajr ebda tizjin u semplici ghal ahhar.

Mhux hekk pero’ fic-celebrazzjonijiet li jsiru ad unur Marija Addolorata fix-xahar ta’ Settembru. Ix-xbiha li hija statwa ta’ l-injam mahduma minn Nicola Antonio Brudaglio titlibbes ilbies sagru rrakkmat li sar minn Maria Napoletano u l-istatwa tkun imzejna b’arrangament ta’ fjuri mill-isbah.


MARIJA ADDOLORATA TA' BISCEGLIE