il-gimgha mqaddsa

L-ADDOLORATA GEWWA CASTELLENATA

Il-Konfraternita’ tad-Duluri gewwa Castellenata hija wahda mill-kongregazzjoni l-aktar antiki fil-provincja ta’ Taranto.


Giet mwaqqfa kanonikament minn Mons Leonardo Vitetta fid-29 ta’ Gunju 1776, imma diga’ kienet prezenti fuq it-territorju ta’ Castellaneta sa mis-sena 1740.


Ix-xbiha tad-Duluri tinsab kustodita fil-Knisja Katidral ta’ San Nikola, mqieghda f’nicca f’wahda minn navati tal-knisja. X’aktar li l-opra hija wahda tas-snin 1700, spanjola, formata minn bust ta’ l-injam imsahhah b’qafas ta’ l-injam u mlibbsa b’libsa rrakmata bid-deheb ghall-festa tal-15 ta’ Settembru u b’ohra totalment sewda u semplici ghall-festa tal-Gimgha Mqaddsa. L-istatwa hija mxebbha lic-celebri statwa tat-Tama li tinsab gewwa Sivilja, fi Spanja.

Fi zmien l-imghoddi il-purcissjoni kienet wahda qasira u kienet isservi biex igibu l-immagini mill-ex-seminarju ghall-post mahsub apposta sabiex il-fidili jitolbu quddiemha. Fil-jum tal-festa waqt li l-predikatur kien ikellem lill-poplu fuq id-duluri ta’ Marija , il-fratelli kienu jimxu f’purcissjoni lejn il-Katidral. L-istatwa kienet tasal fil-hin ezatt li l-predikatur jispicca mill-omelja tieghu. Meta jaslu quddiem il-bieb il-prijur kien ihabbat tlett darbiet fuq il-bieb bhallikieku biex jitlob permess halli l-Omm tidhol tara lil Binha.


 F’dak il-hin il-predikatur kien ilissen il-kliem: “ Idhol, Marija ejja sib lil Ibnek.” Imbaghad il-vara taghmel l-ingress taghha fil-knisja flimkien mal-fratelli. Meta l-vara titpogga f’posta, il-predikatur kien iqieghed kurcifiss zghira fl-idejn tal-Vergni.

Il-lum il-purcissjoni tohrog hekk kif tintemm il-Quddiesa ta’ filghaxija fil-Katidral u sserrepp mit-toroq tac-centru storiku u mill-gdid terga’ tidhol fil-Katidral. Billi l-purcissjoni hija wahda penitenzjali, issir it-talb tal-Via Matris biex il-partecip[anti jidhlu aktar l-ispirtu ta’ devozzjoni u gabra. Karateristika ta’ din il-purcissjoni hija t-tlett is-slaleb li jingarru minn tlett fratelli u li jfissru l-waqghat ta’ Kristu tul il-vjagg tieghu lejn il-Kalvarju.


Il-purcissjoni tad-Duluri kienet waqfet fis-snin 60 billi l-attendenza kienet wahda minina u fqira, imma minn xi snin ‘l hawn grazzi ghall-hidma ta’ don Andrea Cristella din l-attivita’ religjuza esterna regghet bdiet issir fil-jum liturgiku taghha. Titlaq mill-Katidral biextasal sa lIsptar fejn tinghata l-barka u terga’ lura lejn il-Katidral. Ix-xbiha tkun imlibbsa differenti minn kif tkun fil-jiem tal-Gimgha Mqaddsa. Il-mant taghha flimkien mal-libsa hu rrakmat bid-deheb, bil-velu t’idejha kollu stillel indurati. Fuq rasha l-poplu qieghdilha kuruna tad-deheb inzejna b’hagar prezzjuz. L-istallet hu ukoll wiehed ta’ pregju u differenti minn dak li jintrama fil-Gimgha l-Kbira.

L-ADDOLORATA TA' CASTELLENATA