il-gimgha mqaddsa

L-ADDOLORATA GEWWA COMISO

Sas-sena 1764 il-festa ta’ Marija Addolorata kienet organizata fit-3 Hadd ta’ Settembru bi ftit manifestazzjoni modesta minn nies tal-lokal. Kien appuntu f’dik is-sena, 1764, li l-Kongregazzjoni tal-Karita, bil- permess datat 4 ta’ Mejju, kienet trasferita mis-sede taghha ta’ San Bjagju ghal Madrice. Hemm riedet tati sinjal tad-devozzjoni taghha lejn l-Addolorata b’mixghela, purcissjoni bis-Sagrament, u benedizzjoni fl-apert. Ma naqasx ukoll xi sparar ta’ musketterija.


Fis-sena 1774 in-nies ta’ Madrice akkwistaw minn Napli statwa sabiha mahduma fl-injam tad-Duluri. It-tberik ta’ l-istatwa sar b’pompa kbira. L-iskop taghhom kien li jiccelebraw it-tifkira tad-Duluri b’pompa kbira. U dik is-sena fit-28 ta’ Marzu hadu sehem bl-istatwa tad-Duluri l-gdida fil-purcissjoni ta’ Kristu mejjet gewwa l-urna.


Fis-sena 1803 saret purcissjoni b’hafna frattarija aktar minn snin ohra. Billi minhabba l-instabbilita’ tat-temp, il-festa celebrata f’jum il-Gimgha l-Kbira, qatt ma kienet tilhaq l-aspettativa tan-nies hasbu biex jittrasferixxuha ghat-tielet Hadd ta’ Mejju.


L-approvazzjoni giet mill-Isqof ta’ Sirakuza Mons. Luigi Bignami. Ghal din l-okazzjoni is-surmast Alfio Pulvirenti, direttur tal-Banda muzikali, kiteb innu lill-Madonna Addolorata bi kliem ta’ l-arcipriet, Mons.Francesco Rimmaudo.


IL-FESTA TAD-DULURI MIZMUMA F’MEJJU


L-ewwel Tlieta li tahbat fuq Hadd il-Ghid fis-sagristija jigi elett kumitat gdid li jkun responsabbli mill-festa ad unur Marija Addolorata.


Hekk kif ikun iffurmat il-kumitat issir l-ewwel gabra fost dawk prezenti u jindaqqu l-qniepen b’ton ta’ ferh. Jigu sparati seba’ murtali bhala awgurju lill-Kumitat il-gdid u b’tifkira tas-Seba’ duluri.


Il-Hadd ta’ qabel il-festa, jigifieri fit-tieni Hadd ta’ Mejju tigi organizzata ikla, imsejha c-CENA, li l-qligh minnha jmur ghall-festa. Hija tassew interessanti din l-attivita’ : diversi persuni minn inhawi varji tal-post jippreparaw imwejjed tassew mimlija bi prodotti taghhom. Wiehed isib, ghagin, imbid, zalzett, gobon tipiku tal-lokal, helu ta’ kull xorta, frott, laham ecc. Imbaghad irkantatur ta’ hila jibda’ jhajjar lin-nies prezenti biex jixtru dawn id-doni billi jghollu l-prezz taghhom wiehed fuq l-iehor.


Ghall-festa ssir thejjija ta’ sebat ijiem imsejha s-Settenarju. Matul din it-thejjija isir kant fl-ahhar tal-quddiesa ta’ filghaxija. Dan il-kant, imsejjah is-“Sittina” jirrakonta s-seba’ duluri li sofriet Marija Ssma tul hajjitha . Din il-preparazzjoni tibda’ mill-Gimgha tat-Tieni Hadd ta’ Mejju u tispicca’ l-Hamis ta’ wara.


Fil-jum tal-Gimgha ta’ qabel il-festa ssir purcissjoni esterna bil-kwadru ta’ l-Addolorata li matulha flok il-Via Matris titkanta ghal ahhar darba s-“Sittina.”


Matul is-settenarju l-Artal Magguri tal-Knisja jibqa’ mghotti b’purtiera rrakmata fis-sena 1928 fil-laboratorju tas-Sinjura Giuseppina Agosta. Id-disinn ta’ din il-purtiera juri qalb kbira minfuda bi stallett, simboli ta’ l-erba evangelisti u bil-kliem ta’ Gesu’ lil Giovanni: Hekku Ommok


Is-Sibt, lejliet il-festa ssir il-purcissjoni msejjag bid-djalett tal-lokal “a piddiata ro mantu” jew f’termini moderni t-translazzjoni mill-knisja ta’ San Bjagju ghall-knisja parrokjali tal-mant tal-bellus blu li jzejjen is-simulark, l-istallet, ir-raggiera u l-maktur li l-Madonna izomm f’idejha.


Wara din il-purcissjoni jasal il-mument l-aktar mistenni minn nies, mument affaxinanti maghruf bhala “la Svelata” jew ahjar il-kxif tas-simulark tad-Duluri kustodit fin-nicca ta’ l-artal dedikat ghaliha. Minghajr ebda dubju l-knisja tkun mimlija nies jistennew herqana dak il-mument ta’ ferh.


L-artal magguri fejn jitqieghed is-simulark jkun imzejjen bl-aqwa fjuri, xema u kandelabri. “La Svelata” issir fil-bidu tal-quddiesa ta’ filghaxija meta t-tinda titla’ u tfegg ix-xbiha ta’ Marija Addolorata fost l-ghajjat tan-nies ta’ Viva Marija Addolorata u tfigh ta’ petali min-navata centrali flimkien ma’ hruq ta’ musketterija.


Hekk kif tinkixef ix-xbiha, kor ta’ madwar 150 tifel u tifla jkantaw l-innu ta’ l-Addolorata. Tkompli mbaghad il-quddiesa.

Il-jum tal-Hadd jiftah bl-isparar ta’ kanuni u bombi artificjali flimkien mad-daqq ferriehi tal-qniepen. Numru kbir ta’ fidili jattendu ghall-quddiesa ta’ filghodu biex jqieghdu t-tama taghhom f’Marija Addolorata. Wara nofsinhar issir il-purcissjoni bil-vara tad-Duluri merfugha minn madwar 100 persuna.


Il-purcissjoni iddum sa tard bil-lejl u matulha isiril-kant ta’ l-innu, hruq ta’ musketterija, nar ta’ l-ajru u marci mill-banda li takkumpanja l-vara.


Spettaklu pirotekniku jikkonkludi l-festa kif inhi l-uzanza

L-ADDOLORATA WAQT IL-HRUG TAGHHA FIL-PURCISSJONI TA' MEJJU