il-gimgha mqaddsa

IL-KNISJA TA' MARIJA ADDOLORATA GEWWA CORINALDO


IL-KNISJA TA’ MARIJA ADDOLORATA GEWWA CORINALDO FID-DJOCESI TA’ SENIGALLIA.


Il-knisja tmur lura lejn is-seklu XVI u hija mibnija b’kursija centrali u koppla kbira. Fuq id-dhul wiehed isib orgni tas-sena 1766, opra ta’ Geatano Callido.
 Il-knisja ta’ Marija Addolorata gewwa Corinaldo, fid-djocesi ta’ Senigallia, huwa bini li tela’ ghat-tieni parti tas-seklu hmistax hdejn u anness mal-kunvent tal-Benedittini.
Minhabba xi problemi stutturali kawzati mill-umdita’, l-binja giet imwaqqa’ fis-sena 1730 u mill-gdid mibnija bejn is-snin 1740 u 1755.




Bis-sahha t’hekk, hasbu minn qabel biex jirbhu l-problema ta’ l-umdita’ li tant kienet ta’ hsara ghall-knisja precedenti. Giet konsagrata mill-Isqof Ippolito De Rossi fis-sena 1755.Tgawdi minn faccata sabiha ta’ gebel hamrani u  arkata nofs tond fuq id-dahla tal-bieb principali li tesponi x-xbiha ta’ Marija Addolorata b’Binha Gesu’. Il-knisja ghandha korsija wahda centrali b’koppla catta li fuqha hemm lanterna.


Originarjament il-knisja kienet dedikata Sant’Anna sa mit-twaqqif taghha, izda giet moghtija l-isem kurrenti ta’ Marija Addolorata fil-bidu ta’ l-ghoxrin seklu. Il-knisja hija dekorata bi stil eleganti u rikk tar-rococo. Ghandha tlett altari u erba’ bibien li fuqhom hemm pitturi li juru qaddisin benedittini. Ix-xbihat ta’ Marija Addolorata tinsab esposta fuq l-altar magguri , li flimkien ma’ ohra ta’ Kristu mejjet  jippartecipaw fi processjoni lejlet il-Gimgha l-Kbira. 

Orgni ta’ pregju kbir jmur lura ghas-sena 1776 u jinsab fuq il-bieb tad-dhul. Kien mahdum minn Gaetano Antonio Callido li kelllu t-tifla tieghu membru tas-sorijiet Benedittini fl-istess kunvent.


Il-Knisja tospita r-relikiwja qaddisa ta’ Santa Marija Gorretti.


Malli wiehed jidhol fil-knisja mill-ewwel tolqtu d-dehra ta’ l-artal  maggur li  fuqu hemm l-urna li zzomm l-ghadma tad-driegh tal-qaddisa, dak id-driegh li lura lejn is-sena 1902 pprova jwaqqaf lil Alessandro Serenelli biex ma jwettaqx l-att zieni ma’ Marija Gorretti. Imma x’tista taghmel tifla ma’ zaghzugh kollu qilla, li ghax ma qaghditx ghal dak li riedu hu taha 14 il-daqqa ta’ sikkina.


Giet dikjarata qaddisa fis-sena 1950 u grazzi ghat-trobbija tajba taghha hija hafret minn qalbha lill-aggressur taghha fuq is-sodda tal-mewt.

 






L-istatwa ta’ Marija Addolorata hija xoghol fl-injam tas-seklu 20.










IX-XBIHA TA' MARIJA ADDOLORATA TITULARI TAL-KNSIJA. HUWA XOGHOL  FL-INJAM TAS-SEKLU 20.