il-gimgha mqaddsa

L-ADDOLORATA GEWWA ENNA

IL-VARA TA' L-ADDOLORATA FIL-HRUG TAGHHA MILL-KNISJA GEWWA ENNA


Il-festa tal-Madonna tad-Duluri gewwa Enna hija organizzata mill-fratellanza li ggib l-istess isem u li twaqqfet fis-sena 1875. Fil-bidu taghha kienet thaddan in-nies tas-sengha, il-bennejja u n-negozjanti tas-suq ta’ Sant’Antnin li kienu jgorru l-istatwa ta’ l-Addolorata qabel ma nholqot l-konfraternita’.


 Fil-15 ta’ Settembru issir il-festa liturgika biss, minghajr ebda purcissjoni jew celebrazzjonijiet esterni. Madanakollu, ikun fil-jum tal-Gimgha l-Kbira li fih issir purcissjoni f’gieh Marija Addolorata bl-istatwa tad-Duluri li meta wiehed ihares lejha ghandha tfakkru fl-Addolorata li tinsab f’Sevilja billi z-zewg statwi jixxiebhu hafna. Harsa profonda lejn il-Madonna mifnija bid-dulur tnissel fik devozzjoni kbira lejha. Marija hija murija bir-ras taghha kemmxejn immejla lejn ix-xellug b’espressjoni ta’ dieqa fuq wiccha u b’id wahda fuq qalbha minfuda bi stallet u bl-ohra tidher qed izzomm maktur.


Madwar ghonqa hija ggib gizirana prezzjuza tal-fidda li fiha relikwija. Il-Madonna hija mlibbsa mantell tal-bellus iswed kbir bhala sinjal ta’ luttu u l-vara titpogga taht simulark u mdawra bid-dawl permezz ta’ lampi zghar. Ma jonqosx li taht riglejha hija tkun imzejna fi kwantita’ ta’ fjuri. B’tizjin bhal dan l-istatwa ta’ Marija Addolorata tippartecipa fil-purcissjoni tal-gimgha mqaddsa filghaxija flimkiien mad-Difna ta’ Kristu.


Il-purcissjoni tibda’ mid-Duomo ta’ Enna bil-fratelli, imsiehba f’diversi fratellanzi, jidhlu mill-bieb centrali biex jaghtu qima lil Kristu mejjet u johorgu b’gabra mill-bibien tal-gnub, hekk li jkunu pronti biex meta tispicca’ din ic-ceremonja tal-bewsa lejn Kristu, tibda’ il-purcissjoni, li hija maghrufa li issir fid-dawl tax-xemghat (fjakkolata). Il-partecipanti li hu mahsub li jlahhqu madwar 2,500 ruh huma, l-hmistax-il fratellanza kollha libsin il-kunfratija taghhom b’rashom mghottija u l-poplu lajk flimkien mal-kleru.


Il-prezenza tal-banda li ddoqq marci funebri tkompli zzid mas-solennita’ tac-celebrazzjoni. Dan kollu jsir bi thejjija ta’ gimgha ta’ preparazzjoni spiritwali kemm ghall -fratelli kif ukoll ghal dawk novelli li jkun kemm ipprofessaw f’dawk il-jiem. Fi zminijiet l-imghoddija waqt il-purcissjoni kienu jintuzaw it-tnabar u jitkantaw il-“lamentanze” minn xi grupp ta’ nies anzjani. Dawn kienu innijiet bil-latin jew bid-djalett fuq id- duluri u t-tbatijiet f’gieh Kristu. Kollha spiccaw maz-zmien u posthom hadithom il-banda li bin-noti taghha hija simbolu ghal dawn it-tifkiriet mitlufa.

DETTAL MILL-VARA TAD-DULURI