il-gimgha mqaddsa

L-ADDOLORATA GEWWA FOGGIA

L-ADDOLORATA MEQJUMA GEWWA FOGGIA

Gewwa Foggia, il-fratellanzi jservu bhala mutur biex tikber id-devozzjoni religjuza. Kien hemm ukoll kazi fejn l-isoqof innifsu inqeda’ bil-fratellanzi biex iqajjem jew ixettel il-qima devozzjonali.


Huwa l-kaz tal-Kongregazzjoni ta’ Marija tas-Sebgha Duluri imwaqqfa fil-31 ta’ Jannar tas- sena 1711 bil-bolla ta’ Mons. Emilio Giacomo Cavalieri (1694-1726), isqof ta’ Troja u ziju tal-qaddis Sant’Alfons Marija de Liguori. 



IT-TUNIKA TAL-FRATELLANZA

It-tunika tal-fratelli hija wahda sewda b’cinturin tal-gild iswed u kuruna tar-ruzarju  flimkien ma’ barnuz blu skur.  Salib abjad jiddomina fuq in-naha tax-xellug fuq it-tunika.


Kien bis-sahha tal-generosita’ ta’ l-isqof fundatur, il-kontribut tal-fratellanza u l-offerti tal-fidili devoti, li bejn is-snin 1739 u 1741 setghet timbena’ il-knisja dedikata lil Marija Addolorata fuq art fejn kien hemm djar li sfaw distrutti b’terremot fis-sena 1731.


Fit-3 ta’ April 1765 il-kongregazzjoni approvat li fiha jidhlu membri nisa.  Dawn kellhom jilbsu velu iswed u skapular li jiddendel ma’ l-ghonq  b’lazz b lu u bix-xbiha ta’ l-addolorata fuq naha u b’dik ta’ San Filippo Benizi, patrun tat-Terz’Ordni tas-Servi ta’ Marija.


Fid-29 ta’ Marzu 1950 bl-approvazzjoni ta’ l-isqof tal-lokal twaqqfet t-Terz’Ordni tas-Servi ta’ Marija, fi hdan il-kongregazzjoni.


Matul is-sena jsiru zewg mumenti ta’ talb.  Il-fratellanza torganizza Settenarju ( 7 ijiem ta’ thejjija ghall-festa) solenni biex fil-15 ta’ Settembru issir il-memorja ta’ l-Addolorata.  

IL-KNISJA TA' L-ADDOLORATA GEWWA FOGGIA


It-tieni mument huwa fi zmien il-jiem tal-Gimgha Mqaddsa.


Ix-xbiha ta’ l-Addolorata li l-kongregazzjoni akkwistat fis-sena 1815, titpogga fuq l-artal magguri u tohorg f’purcissjoni fil-jum tal-Gimgha l-Kbira quddiem l-urna ta’ Kristu mejjet, flimkien mal-misteri tal-Passjoni ta’ Kristu. Fit -tmiem l-purcissjoni, id-devoti jassistu ghar-rapprezentazzjoni sagra akkumpanjata mill-muzika.  


Il-qofol tar-rapprezentazzjoni jkun il-laqgha ta’ Kristu mejjet mal-Vergni Addolorata, preceduti minn seba gimghat ta' thejjija,  b’memorja ghas-seba duluri ta’ Marija Ssma li jintemmu  fil-gimgha ta’ qabel il-Gimgha l-Kbira.