il-gimgha mqaddsa

L-ADDOLORATA GEWWA GALLIPOLI

ADDOLORATA -GALLIPOLI






Fil-jum tal-Gimgha ta’ qabel Hadd il-Palm, il-Konfraternita’ ta’ Marija Ssma tal-Karmelu u l-Hniena ta’ Gallipoli ticcelebra il-memorja ta’ l-Addolorata li ghaliha, bhala thejjija jsir is-Settenarju ppridkat. (settenarju huwa periodu ta’ sebghat ijiem preparazzjoni bit-talb u priedki fuq id-duluri ta’ Marija Ssma.)


Il-purcissjoni titlaq ghal nofsinhar fil-hames Gimgha tar-Randan ghall-Katidral ta’ Sant’Agata biex hemm tkun iccelebrata quddiesa mill-isqof tad-djocesi. Akkumpanjata mill-hoss tat-tromba u t-tambur il-korteo jibda’ miexi wara s-Salib imsejjah tal-misteri tal-Passjoni li tradizzjonalment jerfghu sacerdot. 


Warajh jimxu l-fratelli u l-kleru ma’ l-isqof li jipprecedu l-istatwa ta’ l-injam ta’ l-Addolorata, imlibbsa libsa sewda rrakmata bid-deheb u b’kuruna tal-fidda fuq rasha.


Imbaghad wara d-Duluri, timxi r-relikwija tas-Salib taht baldakkin. Matul il-purcissjoni jindaqqu marci funebri u u bejn kull marc u iehor titkanta l-Istabat Mater jew xi kant iehor li jkun xoghol ta’ muzicisti lokali u propjeta’ tal-Konfraternita’. Il-purcissjoni taghmel waqfa f’diversi knejjes parrokjali biex il-waqfa principali tkun fuq il-pont bix-xena tal-port ta’ Gallipoli quddiemu.


Is-sacerdot ibierek il-bahar bir-relikwija tas-Salib u d-dghajjes u vapuri sorguti fil-port idoqqu s-sireni bhala sinjal ta’ merhba.