il-gimgha mqaddsa

L-ADDOLORATA GEWWA POZZALLO

MARIJA ADDOLORATA - POZZALLO


L-istatwa ta’ l-injam ta’ l-Addolorata ta’ Pozzallo, opra attribwita lil iskultur Angiolini nhadmet fis-sena 1822 fuq talba tan-negozjant naplitan Vincenzo Falcana.


Kurjuz huwa l-fatt ta’ kif waslet gewwa Pozzallo din ix-xbiha tad-Duluri. Jinghad li kienet l-intercessjoni ta’ Marija Addolorata li salvat lin-negozjant naplitan minn gharqa certa kawza ta’ tempesta qalila li qerdet il-bastiment tieghu fuq il-blat qrib il-knisja ta’ Portosalvo. Il-bahri ta don ta’ xbiha ta’ l-Addolorata mahduma fl-injam lill-knisja tal-Portosalvo bhala radd ta’ hajr.


Fil-jum tal-Gimgha l-Kbira filghodu, fil-knisja ta’ Portosalvo tingabar folla kbira ta’ nies biex tippartecipa fil-kant u talb iehor fl-okkazzjoni tal-hrug minn nicca ta’ Marija Addolorata. Hekk kif il-purtiera tikxef l-istatwa tad-Duluri, il-poplu prezenti jinfexx f’ghajjat ta’ ferh u Evviva Marija u tixjir ta’ imkartar bojod bhala sinjal ta’ stennija ghall-laqgha taghhom ma’ Marija Addolorata, protettrici tal-belt u wliedha. Wara ssir ic-ceremonja tal-prezentazzjoni tat-tfal lil Marija biex tharishom minn kull tigrib.


Mitmuma il-liturgija ta’ l-Adorazzjoni tas-Salib, il-vara ta’ l-Addolorata ssegwi dik ta’ Kristu mejjet bis-sehem qawwi ta’ devoti nsara. Fjakkoli u dwal ohra jzejnu t-toroq mnejn tghaddi l-purcissjoni. Kif inhi l-uzanza meta z-zewg xbihat dik ta’ l-Addolorata u ta’ Kristu mejjet jaslu fit-triq li thares lejnil-bahar, il-purcissjoni taghmel waqfa u hemm jinghad xi talb. Hu mument ta’ tqanqil ta’ devozzjoni meta il-bahhara kollha f’kor wiehed jitolbu il-harsien tal-protettrici taghhom.


Imbaghad il-purcissjoni tkompli ghaddejja mit-toroq tal-belt marittima u meta tasal go Corso Vittorio Veneto issir il-Via Sagra. Il-purcissjoni tidhol mill-gdid tard bil-lejl fil-knisja taghha tal-Portosalvo fejn tinghad is-supplika biex Marija thares lid-devoti taghha minn kull ghawc u taghmilhom jghixu bhala poplu kollu imhabba wiehed lejn l-iehor.

...