il-gimgha mqaddsa

L-ADDOLORATA GEWWA ROSSANO

MARIJA ADDOLORATA MEQJUMA GEWWA ROSSANO

Il-presenza ta’ l-arcikonfraternita’ ta’ Marija Addolorata hija l-mutur wara d-devozzjoni lejn id-Duluri gewwa Rossano, belt u komun fin-naha t’isfel ta’ l-Italja fil-provincja ta’ Cosenza (Kalabrija). 


Il-hidma ta’ l-imsiehba fil-fratellanza ilha sa mis-sena 1702, is-sena meta giet imwaqqfa din il-fratellanza wara li xi nobbli ta’ Rossano talbu lil Patri Callistu Lodigerio, general ta’ l-Ordni tas-Servi ta’ Marija gewwa Ruma li minnu kienet tiddependi l-knisja ta’ l-Annuzjata gewwa Rossano biex ikunu jistghu jwaqqfu altar fl-istess knisja u jiddedikawh lil Marija tas-Seba’ Duluri, bl-iskop li jwaqqfu konfraternita’ taht it-titlu taghha.


Patri Callisto laqa’ it-talba taghhom fil-25 ta’ Lulju 1702 b’dak kollu li kien mehtieg biex titwaqqaf fratellanza f’gieh l-Addolorata. L-isqof Andrea Adeodati, hamest ijiem wara,  approva li l-fratellanza tkun imwaqqfa kanonikament fil-knisja ta’ l-Annuzjata li kienet tmiss mal-Katidral.


Minn dak il-hin l-konfraternita’ bdiet tisvolgi l-attivita’ taghha f’dik il-knisja, l-aktar bil-partecipazzjoni fil-Quddies tal-Hadd u bir-recita tal-Kurunella tas-Seba’ Duluri.


Aktar ma ghaddew snin, aktar id-devozzjoni li xettlet il-konfraternita’ gewwa Rossano, bdiet tikber u tinxtered ghaliex il-fidili bdew jattendu ghat-talb u funzjonijiet ohra fil-jum tal-Gimgha ta’ kull gimgha.  Aktar minn hekk il-fidili hassew il-htiega li huma jkollhom parti mill-ispejjes biex ikun ikkummissjonat kwadru u immagni tal-Glorjuza Vergni Addolorata.
Fl-14 ta’ Mejju tas-sena 1741 is-sacerdoti responsabbli mill-knisja ta’ l-Annuzjata, b’kuntratt pubbliku u bil-permess ekklesjatiku ghaddew il-knisja lil arcikonfraternita tad-Duluri bis-setgha li l-isem tal-knisja jitbiddel ghal dak ta’ l-Addolorata.


Bir-riorganizazzjoni u l-approvazzjoni ta’ statut gdid fis-sena 2001, il-fratelli jimxu flimkien it-triq tal-fidi biex jikbru fil-hbiberija taghhom ma’ Alla. Il-laqghat taghhom huma kwazi kull xahar. Il-membri msiehba fil-fratellanza jiehdu sehem fl-Adorazzjoni tas-Santissmu Sagrament imsejha il-Quaranturi (l-erbghin siegha), fil-purcisjoni tal-Gimgha l-Kbira u fil-quddiesa li tigfi celebrata ghal ahwa mejtin.

 
L-ISTATWA DEVOTA TAD-DULURI
 
MUMEHT FIL-PURCISSJONI TA' MARIJA ADDOLORATA