il-gimgha mqaddsa

L-ADDOLORATA  GEWWA SAN SEVESO

Il-qima lejn l-Addolorata gewwa San Severo hija wahda hajja u pprattikata. Kienet is-sena 1717 meta grupp ta’ cittadini nobbli nghaqdu f’konfraternita ta’ l-Orazzjoni u l- Mewt.

Flimkien ingabru madwar affresk tal-Pieta li minnu nixxa d-demm u li snin qabel fis-sena 1557 safa’ imzeblah minn daqqiet ta’ sikkina minn wiehed xellerat, Fis-sena 1730 il-fratelli sinjuri akkwistaw manikin ta’ l-injam li jirraprezenta lil Marija Addolorata, mahdum mill-artist sanseveran Sebastiano Marrocco.


Minn dik is-sena ‘l quddiem kienet tkun mistennija l-purcissjoni penitenzjali ta’ l-Addolorata fit-tielet Hadd ta’ kull xahar u partikolarment f’Settembru meta tkun celebrata il-festa liturgika. Mis-snin 1800 l-istatwa bdiet tiehu sehem fil-purcissjoni tal-Gimgha Imqaddsa. Fi sbieh il-jum tal-Gimgha l-Kbira, issehh il-laqgha ta’ Marija Addolorata ma’ Binha Gesu’ ifflagellat mal-kolonna filwaqt li filghaxija vara ohra ta’ l-Addolorata, propjeta’ tal-Konfratrnita’tas-Sagrament, tkun il-protagonista ta’ siegha devota lejn id-Dezolata, fejn Marija tircievi l-kondoljanzi tal-fidili permezz tal-bewsa ta’ idha.


Fi sbieh il-jum tal-Gimgha l-Kbira, isiru tlett purcissjonijiet kontemporanjament mill-knisja tal-Pieta, bl-istatwa tad-Duluri (Kongregazzjoni tal-Mewt), ohra mill-knisja tat-Trinita’ bil-vara ta’ l-injam ta’ Kristu marbut mal-Kolonna (Arickonfraternita’ tar-Ruzarju) u mill-knisja ta’ Santu Wistin b’Salib tqil maghruf bhala s-Salib tac-Cirinew merfugh fuq l-ispalla minn penitenti wicchom moghtti (Arcikonfraternita’ tas-Sokkors). It-tlett purcissjonijiet jiltaqghu fil-pjazza antika tal-Kastell, fejn issehh il-laqgha ta’ Marija Addolorata ma’ Binha Gesu’ ifflagellat. Il-laqgha qatt ma ssehh ghaliex waqt li d-Duluri tigri biex tiltaqa’ ma’ Gesu’ ifflagellat, jidhol fin-nofs is-salib tac-Cirinew li jimpedixxi l-laqgha

Filghaxija fit-tard ta’ l-istess jum, tghaddi mit-toroq tal-belt ta’ San Seveso purcissjoni ohra li tohrog mill-knisja ta’ Santa Lucija, bl-urna ta’ Kristu mejjet. Issegwi lil Binha mejjet ikun hemm il-vara tad-Duluri, din id-darba tkun ix-xbiha ta’ l-Addolorata tal-Konfraternita’ tas-Sagrament.

KRISTU MEJJET IMHEJJI GHALL-PURCISSJONI GEWWA SAN SEVESO