il-gimgha mqaddsa

L-ADDOLORATA GEWWA SECONDIGLIANO

ADDOLORATA SECONDIGLIANO

Gewwa  Secondigliano, kwartier fuq in-naha ta’ fuq ta’ Napli hemm santwarju dedikat lil Addolorata fuq xewqa ta’ San Gejtanu Errico. Hemm tinsab statwa ta’ l-injam ta’ Marija Addolorata mdawra ma’ l-angli, mahduma fis-sena 1835 minn Francesco Verzella fuq kull dettal zghir li urieh il-qaddis.


Il-vara tal-Madonna ghandha qisien naturali u hija murija bilqieghda fuq blata taht is-salib li fuqu kien hemm mislub Binha, imma issa ma ghadux billi difnuh. Wiccha hu sabiha minkejja li huwa addolorat imma fl-istess hin rassenjata mar- rieda ta’ Alla. Harsitha hija ffisata lejn idejha li qed jistriehu fuq irkubtejha, dawk l-idejn li ftit qabel haddnu lil Kristu qabel ma haduh biex jidfnuh f’qabar gdid.


Fuq naha wahda hemm l-anglu li qed jikkonfortaha filwaqt li fuq in-naha opposta jidhru zewg angli zghar, wiehed imsejjah l-anglu tat-talb u l-iehor l-anglu tad-dieqa, biex juruna li l-aktar, waqt il-mumenti ta’ dieqa, li hadd ma hu mehlus minnhom, ghandna nduru lejn Alla bit-talb. 


F’riglejn il-Madonna hemm l-istrumenti tal-passjoni ta’ Binha: martell, imsiemer, kuruna tax-xewk, tnalja u l-lanza imqieghda wara s-salib.


In-nies ta’ Secondigliano kollha baqghu msahhra wara l-Madonna taghhom meta din dahlet l-ewwel darba fil-knisja taghhom u hekk baqghu sal-lum.


San Gaetano Errico  pprezentha lill-poplu bhala l-omm taghhom u qalilhom biex jitolbuha bla limiti. Hija baqghet imlaqqma “omm Gejtanu Errico.”


Fi zminijietna l-purcissjoni f’gieh Marija Addolorata issir il-Hadd qabel il-15 ta’ Settembru.  It-toroq u l-galleriji jkunu mzejna bil-bziezaq kuluriti, bnadar sofra u bojod, dwal, u xbihat ta’ Marija Addolorata.  Il-poplu jippartecipa bis-shih fil-purcissjoni ta’ l-Omm tieghu u jdum jakkumpanjaha ghal aktar minn hames sighat fit-toroq mnejn hija tghaddi.
It-thejjija ghall-festa tibda’ permezz ta’ sebghat ijiem ta’ preparazzjoni, imsejha settenarju.  Kuljum f’xi triq tal-lokal jingabru jghidu r-Ruzarju, it-talba preferita tal-Madonna. F’wahda mill-granet isir kuncert muzikali li d-dhul tieghu imur ghall-beneficenzja. Fil-jum tal-festa liturgika taghha isir quddies u talb iehor fil-knisja dedikata lilha.