il-gimgha mqaddsa

ALLA TIEGHI, ALLA TIEGHI GHALIEX ABBANDUNAJTNI (4)

 

Bilkemm Kristu l-Iben t'Alla
Lahaq spicca t-tlett kelmiet,
Qabel beda' ir-raba wahda
Waqghet dalma fis-smewwiet:

Ix-xemx hbiet l-imriezaq taghha,
In-natura bla splenduri
Xeddet fuqha libsa sewda,
Kien il-waqt li sobgha turi.

Shab sewdieni f'daqqa nfirex
Bid-dlam keffen kullimkien
Waqt li kien qed jagonizza
Dak li Bih sar il-holqien.

Barra l-kiefra manigoldi,
Swied ta' qalb fuq wicc il-hlejjaq
Izda l-akbar dalma waqghet
F'qalb Gesu' marsusa d-dwejjaq.

Meta hassu wahdu, wahdu,
Qed imut fuq is-Salib,
Hallieh wahdu wkoll missieru,
Dak li Fih il-ghaxqa jsib.

Mis-smewwiet il-Missier Alla, 
Jagonizza qed jarah,
Izda l-vittma dejjem vittma!
Ma jridx jaf,  abbanduah!

 

L-Iben t'Alla miflug, mifni

Wara dawk is-sighat twal

Fuq il-Ghuda tat-tbatija

B'qablu mdejqa fl-ahhar....qal:


"Alla tieghi, Alla tieghi,

Il-ghaliex abbandunajtni?"

O Gesu' x'kellek issofri

Biex il-jedd tas-sema tajtni!


Jalla b'dan il-hsieb fejjiedi

Nifhmu sewwa x'inhu d-dnub!

Ghinna nifhmu l-kruha tieghu

U kemm swielek, ja Mahbub.


Bi dnubietna Gesu' twajjeb,

Ahna lkoll offendejnik

Bid-dnub sirna manigoldi,

Bi dnubietna sallabniek.


Moghmijin mill-qerq u l-frugha

Lid-demonju ruhna tajna

Imbaghad Lilek,   -  ma jkunx izjed!

O Gesu' abbandunajna.


Mahfra, hniena, Gesu' twajjeb,

Ma jkun qatt ghall-htijiet taghna

- Waqt li nkunu fl-agunija -

Inti wkoll tabbandunana.