il-gimgha mqaddsa

BEJN FIDI U FOLKLORE

IL-GIMGA MQADDSA GEWWA L-ITALJA

MANTOVA

Il-jum tal-Gimgha l-Kbira ta' Mantova huwa karatterizat mit-tradizzjoni imsahha mill-fidi u mill-leggenda, dik tal-Vasi Sagri kustoditi fil-Basilka ta' Sant' Andrija.


Il-Mantovani jassistu bi hgarhom u b'devozzjoni din ic-ceremonja ta' valur spiritwali.


Il-Leggenda tal-Vasi Sagri ta' Mantova.


Skont il-leggenda, dawn il-Vasi Sagri ghandhom fihom migbur xi trab li kien hemm fuq l-gholja tal-Kalvarju taht is-salib u li thallat mad-Demm ta' l-Imghallem Gesu' waqt li kien mislub qed imut fuq is-salib. Dan ingabar mis-suldat ruman jismu Longinu li bil-lanza tieghu nifed il-kustat ta' Kristu moribond fuq is-salib; mill-ferita hareg demm imhallat bl-ilma, li waqa' fuq l-ghajnejn morda ta' dan is-suldat li mmedjatament fieq. Dan il-miraklu kien il-kawza li Longinu haddan il-fidi kristjana. Longinu gabar xi trab imhallat bid-demm ta' Kristu u kkonservah go kaxxa biex jiehdu mieghu f'pellegrinagg gewwa Mantova.


Meta wasal fl-Isptar tal-Pellegrini difen il-kaxxca f'post sigriet. Pero' fis-sena 804 insabet flimkien ma' l-ghadam tas-suldat li halla hajtu ghall-fidi teghu. Il-fdalijiet tieghu nhbew mill-gdid izda fis-sena 1048 instabu, meta Beatrice u Bonifacju ta' Canossa ried jibnu monasteru ghall-Benedittini flimkien ma' knisja, li maz-zmien twaqqet biex taghmel lok hall-Basilka ta' Sant' Andrija.


Ic-ceremonja tal-Gimgha l-Kbira gewwa Mantova.


Wara nofs inhar tal-jum tal-Gimgha l-Kbira jinghata bidu ghac-ceremonja solenni tal-ftuh tal-cassaforte li jikkostudixxi dawn ir-relikwarju prezzjuz. L-isqof ta' Mantova, segwiti mill-prefett tal-belt flimkien ma' bosta fidili ohra jninzlu fil-kripta taht l-art fil-Bazilka ta' Sant'Andrija f'silenzju l-aktar profond biex jifthu t-tnax -il serratura tal-cassaforte billi juzaw tnax-il cavetta differenti.


Mill-kripta jitilghu fil-Bazilka biex jinghad xi talb; l-isqof u prelat jqieghdu dawn il-vazetti f'riglejn il-Kurcifiss espost fic-centru tal-Bazilka ghal adorazzjoni tal-fidili.

Wara l-liturgija tal-jum, tibda' il-purcissjoni b'dawn ir-relikwji, li thalli l-Bazilka u tghaddi mit-toroq tal-belt



Fil-bidu tal-purcissjoni jimxi is-salib segwit minn filliera ta' fidili li lkoll jzommu xemghat f'idejhom. Jimxu warajhom l-isqof u l-prelati fejn wara li timtemm mill-gdid fil-Bazilka, il-Vazi Sagri jinzlu mill-gdid taht l-art biex ikunu maqfula gol-cassaforte.

 
I VASI SAGRI DI MANTOVA
 
GHALL-ADORAZZJONI TAL-FIDILI