il-gimgha mqaddsa

BEJN FIDI U FOLKLORE

IL-GIMGA MQADDSA GEWWA L-ITALJA

SAVONA 

Il-purcissjoni tal-Gimgha l-Kbira gewwa l-belt ta' Savona hija rit antik ta' tradizzjoni kristjana li ghandu l-gheruq tieghu li jmur lura lejn iz-Zminijiet tan-Nofs jew fiz-zmien tal-Flagellanti tat-13 il-seklu.


Din il-purcissjoni ma issirx kull sena, izda kull sentejn, kull meta s-sena tkun zwieg, bit-tluq mill-katidral ta' Savona u wara vjagg ta' madwar kilometru u nofs tintemm fi Pjazza Sisto IV.


Il-processjoni ta' Savona, hija akkumpanjata minn kant sagru, imsejjah bit-taljan mottette, maghmul apposta ghal okazzjoni. Dan il-kant jista' jkun akkumpanjat mill-muzika jew ikunu vokali. Sitt konfraternitajiet jiehdu hsieb igorru fuq spallejhom 15 il-vara ta' l-injam li t-toqol taghhom ivarja bejn il-500 kilo u 1800 kilo, - jiddependi mill-kobor tal-misteru u u kemm figuri ikun fiha l-vara.


 Dawn inhadmu f'epoki differenti. Fost in-nies tal-lokal dawn il-vari huma maghrufa bhala "casse." L-aktar tnejn antiki huma dawk tal-fratellanza tal-Qaddisin San Pietru u Katerina. Inhadmu f'Napli fis-sena 1623 u juru l-Flagellazzjoni u Kristu jaqa' taht is-salib. L-aktar ricenti huwa l-Ecce Homo li inhadem fis-sena 1978 mill-artista minn Savona Renata Cuneo biex tibdel ohra tas-17 il-seklu li ntilfet waqt bumbardament fil-Tieni Gwerra Dinjija.


Huwa s-Salib maghruf bhala s-Salib tal-Passjoni li jiftah il-purcissjoni. Imsejjah hekk billi jgib fuqu diversi simboli tat-tbatijiet tal-Passjoni ta' Gesu' Kristu. Ir-reffiegha jilbsu tunika kulurita skont il-fratellanza li jappartienu ghaliha.


Il-purcissjoni ghandha tassew bidu mhux tas-soltu. L-ewwel vara turi il-Weghda ta' Alla li jibghat salvatur wara li Adam u Eva kisru r-rieda ta' Alla maghrufa bhala l-Weghda tar-Redenzjoni.  It-tieni vara turi l-Inkarnazzjoni - meta wasal iz-zmien li Alla jibghat is-Salvatur, l-Anglu Gabirjiel jmur ghand Marija Ssma u jhabbrilha l-missjoni li Alla ghazilha ghaliha. U Marija qalet IVA u dak il-hin inkarna l-Iben ta' Alla fil-guf safi u verginali taghha. 


Ikomplu imbaghad hergin il-bqija ta' l-istatwi li juru t-tbatija ta' Kristu. Biex jerfghu dawn il-vari, ikun aktar minn grupp wiehed. Dan isir sabiex grupp isserrah lil iehor wara kull waqfa.


L-istatwi tal-purcissjoni huma merfugha f'diversi kappelli. Dawn jintramaw bil-fjuri u dawl qabel jippartecipaw fil-purcissjoni.


 
 

Din l-istatwa tal-Weghda tar-Redenzjoni tizen madwar 1300 kilo u hija opra ta' Filippo Martinengo tas-sena 1777, konservata fl-Oratorju tal-Qaddisin Giovanni Battista, Giovanni Evangelista u Petronilla. 24 reffiegh jerfugha fuq l-ispalla. Hija wahda mill-opri ta' dimensjoni magguri fil-purcissjoni tal-Gimgha l-Kbira. Il-figuri huma  xoghol neoklassiku, u jghoddu sitt xbihat imdawwra minn erba' angli zghar.

Adam u Eva huma marbuta bil-ktajjen (simbolu tad-dnub) imma jidhru qed jigu liberati mill-angli. Harset l-ewlenin gentituri taghna hija lejn figura ta' mara mlibbsa l-abjad li tirraprezenta l-Fidi u zzomm Salib f'idha. Anglu jidher qed izomm ktieb miftuh bil-kliem: "Victoria Crucis" filwaqt li iehor b'xabla tan-nar jhedded lis-serpent imdawwar mas-sigra. Fil-qieh nett ta' l-istatwa skeletru li jirraprezenta l-Mewt jahrab iddisprat.


Il-vara hija xoghol ta' l-iskultur Anton Maria Maragliano li hadem bejn wiehed u iehor fis-sena 1717. Hija konservata fl-Oratorju ta' Kristu Rxoxt u tingarr minn 12 ir-reffiegh. Turi l-mument meta Alla ra li wasal iz-zmien li jibghat lil iben unigenitu tieghu fid-dinja ghas-salvazzjoni ta' l-erwieh. Huwa bahgt l-anglu tieghu Gabirjel biex ihabbar din il-bxari lil Marija ta'Nazaret li wara li semghet dak li ried minnha Alla, accettat u qalt il-kelma IVA.


Maghrufa ghafna gha-sbuhija taghha u ghal induratura ta' l-ilbies u l-piegi taghhom.


L-Ort jmur lura lejn is-sena 1728 u huwa xoghol attrivwit lil Anton Maria Maragliano u l-iskulari tieghu. Huwa mizmum gewwa l-Oratorju tal-Qaddisin, Givanni Battista, Giovanni l-Evangelista u Petronilla.

Jingarr minn 20 reffiegh fuq l-ispalla.


Kristu huwa muri qed jitlob lil Missier tieghu waqt is-siegha tal-prova u anglu li qed jioffrilu il-kalci u s-salib, simboli ta' l-imrar u tat-tbatija . Fic-centru jiddominaw zewg appostli rieqda meta fil-fatt suppost li kienu jishru ma' l-imghallem taghhom.



Din l-istatwa tmur lura lejn is-sena 1926 opra ta' l-iskultur Giuseppe Rungaldier minn Ortisei. Hija mizmuma fil-knsija ta' Santa Lucija u tinrefa' minn 16 il-reffiegh.

Ix-xbiha tirraprezenta lil Kristu fil-mument li Guda qed jittradih permezz ta' bewsa. Mal-gemb ta' Kristu jidhru zewg suldati fuq kull naha, wiehed bil-lanterna biex jitfa' id-dawl fuq wicc Kristu u l-iehor b'dirajh merfugha biex bhallikieku qed jarresatah. L-istil ta' l-opra huwa kwazi differenti mill-istatwi l-ohra ghall-fatt li d-daqqiet fl-injam ghadhom jidhru ntaljati.

Hija xbiha li tmur lura lejn it-tieni jew tielet ghaxar snin tas-seklu XVIII.  Hija opra ta' artist minn genova mhux maghruf ghalkemm skont xi whud tista' tkun xoghol ta' Giovanni Battista, iben Anton Maria Maragliano. Kustodita fl-Oratorju ta' qaddisin Giovanni Battista, Giovanni l-Evangelista u Petronilla, il-vara hija merfugha min tnax ir-reffieh. Il-misteru huwa komkpost minn figura wahda biss li juri lil Kristu f'posizzjoni eleganti, izda sofferenti, bil-polzi ta' idejh marbutra ma' kolonna.