il-gimgha mqaddsa

BEJN FIDI U FOLKLORE

IL-GIMGA MQADDSA GEWWA L-ITALJA

ORTE 

Fil-lokalita' ta' Orte fil-provincja ta' Viterbo, issir wahda mill-processjonijiet l-aktar antiki fl-Italja. Fit-toroq tal-belt il-konfraternitajiet jipprocessjonaw flimkien u jgorru fuq spallejhom slaleb u simboli ohra tal-passjoni ta' Kristu Gesu'.


Maghhom jiehdu sehem penitenti libsin il-konfratija u barnuz f'rashom, ta' diversi kuluri biex juri ta' liema konfraternita' huma jappartienu. Jimxu hafjin u ma' saqajhom jgorru l-ktajjen.


Imma tispikka hafna l-attivita' ta' bil-lejl fejn grupp ta' Marijiet lebsin l-iswed jiehdu sehem fil-purcissjonji funebri ta' Kristu Mejjet. Dawn il-Marijiet huma grupp ta' nisa li libsu skur biex juru l-luttu taghhom ghat-tragedja l-kbira, fejn fiha Kristu halla hajtu mislub ma' salib ghal l-imhabba taghna.