il-gimgha mqaddsa

KRISTU FI TRIQTU LEJN IL-KALVARJU

Kristu gie kkundannat minn Pilatu ghall-mewt kiefra tal-krucifissjoni. Is-sentenza kellha tkun esegwita fuq l-gholja tal-Kalvarju, mhux wisq boghod minn Gerusalem. L-ahhar vjagg ta’ Kristu kellu jkun mill-fortizza Antonja sal-Kalvarju, mixja ta’ madwar kilometru. Imma meta wiehed jara dak kollu li ghadda Kristu minnu matul l-ahhar 24 siegha, nuqqas ta’ irqad, il-flagellazzjoni li kienet thalli lill-prugunier minghajr ebda sahha, il- vjaggi li ghamel minghand kap ghal iehor (minghand Kajfa ghal ghand Pilatu, minghand Pilatu ghal ghand Erodi u minghand Erodi ghal ghand Pilatu mill-gdid) il-vjagg kien wiehed ta’ tbatija kbira, l-aktar meta wiehed jiftakar li Kristu kellu jgorr fuq spalltu l-hoxba. Din kienet it-travu orrizontali tas-salib.


Dan it-travu kien twil 1,65 metri u kien jizen 65 kilogrammi, piz tqil ghall-bniedem b’sahhtu, ahseb u ara ghal Gesu’ ghajjien u bla sahha.


Barra minn hekk wiehed irid jara l-kundizzjoni tat-triq li kienet taghti ghall-Kalvarju. Certament ma kienitx xi wahda komda, izda kollha hotob u tfixkil. U ghalhekk ma hiex haga ta’ l-iskantament li Kristu tfixkel kemm-il darba fi triqtu lejn il-Kalvarju.


Ma nafux kemm-il darba waqa’ Gesu’. Il-Vangelu ma jitkellem xejn dwar dan, imma waqa’ zgur ghaliex ic-centurjun meta ra lil Gesu’ bla sahha biex ikompli triqtu, qabbad lil wiehed jismu Xmun minn Cirene, li kien gej lura mir-raba, jerfaghlu s-salib. Dan ir-rumani ma ghamluhx minhabba xi hniena li giethom minn Gesu’ imma biex jaraw lis-sentenza tkun esegwita fit-totalita’ taghha.


Hawn min jghid li dan Xmun ma kien Lhudi xejn. Jekk kien Lhudi huwa hares il-ligi tas-Sibt, waqaf mix-xoghol tar-raba ghall-habta ta’ nofsinhar ghax il-festa ta’ l-Ghid kienet vicin. Dak in-nhar ma setghax isir xoghol. Kien Lhudi bil-ghaqal fidil lejn il-ligi. Jekk ma kienx Lhudi, ghax imkien ma jissemma li kien hekk, seta’ kien grieg. L-isem ta’ Xmun kien wiehed komuni fost il-griegi u ghalhekk ma kienx jaqa’ taht il-ligi lhudija.


Xmun hadlu l-piz tas-salib u ghal xi hin Gesu’ gholla rasu ‘l fuq u seta’ jilmah xi nisa ta’ qalb tajba jikbuh. Ir-rabbini jghidulna li gewwa Gerusalem kienet twaqqfet ghaqda ta’ nisa nobbli li l-ghan taghha kien li jakkumpanjaw l-ikkundanat  u jisquh tahlita u imbid imhallta ma’ l-incens.  Dan kien isir biex inaqqsu t-tbatijiet ta’ l-ikkundannat meta jigi msammar mas-salib. 


Dawn in-nisa zgur li kienu semghu b’Gesu’ u l-gid li kien jaghmel fost l-batuti u fehmu li dan kien ser imut innocentement.  Kien ghalhekk li huma kbewh ghaliex kienu persqazi li ser jiehu mewt bla htija. 
U fil-kumpannija ta’ Xmun minn Cirene u n-nisa twajba Gesu’ wasal fuq il-Kalvarju, l-artal tas-sagrificcju.