il-gimgha mqaddsa

KRISTU JIDHOL GERUSALEM (2)

ID-DAHLA GEWWA GERUSALEM (2)


Gesu’ hejja ruhu biex imur Gerusalem. Imma l-ahbar li l-Imghallem li opra tant mirakli li sahansitra qajjem lill-mejtin mill-mewt, griet bhal lehha ta’ berqa fost il-follol migbura kemm f’Betanja kif ukoll gewwa Gerusalem. Din il-bxara mliet bil-kurzita lil bosta Lhud li gew mill-boghod hafna biex jieklu l-ikla ta’ l-Ghid fil-belt.


Gesu’ flimkien mat-tnax, dixxipli u nies ohra telqu ghall-belt ta’ Gerusalem. Kien hemm uzanza matul din il-festa, li hekk kif ikunu joqorbu l-pellegrini lejn it-tempju, il-leviti u nies ohra johorgu mit-tempju biex jaghtuhom merhba. U hekk gara ukoll fil-kaz ta’ Gesu’.
Gesu’ ghazel l-aktar triq qasira u ffullata li tiehu lejn il-belt. Din kienet twassel sa fuq il-quccata ta’ l-gholja ta’ Gerusalem, taqsam il-Wied ta’ Kedron u twasslek sal-Bieb tat-tempju, li jghidulu s-Sabih. Matul din il-mixja ta’ madwar tlett kilometri, minn Betanja sa Gerusalem, wiehed kien jghaddi qrib ta’ rahal jismu Betfage. Hawn sejjah tnejn mid-dixxipli tieghu u qalilhom biex jidhlu fir-rahal hemm isibu hmar u felu marbutin. “Holluhom u jekk xi hadd jghidilkom xi haga ghidulu li l-Imghallem ghandu bzonnhom. Pero’ ma jdumx ma jerga’ jibghathomlok.”


Sa minn hafna zmien qabel il-migja ta’ Kristu, kienet uzanza gewwa l-Palestina li nies ta’ certu klassi socjali, awtorita’ u religjuzi jaghmlu l-passiggati taghhom fuq il-hmar. U Gesu’ ried jimxi fuq din l-uzanza biex juri li huwa Kristu l-Messija, is-Salvatur tal-bnedmin. Meta gabuhomlu Gesu’ ghazel il-felu ta’ hmar u rikeb fuqu. Imdawwar bil-follol li bdew jghajtu u jkantaw, “Osanna lil Bin David, imbierek min gej f’isem il-Muelj,” wiehed kien jara bic-car li kienet ser issir mixja solenni.


U din il-mixja solenni bdiet aktar tiehu x-xejra taghha meta xi whud bdew jaqtghu frieghi taz-zebbug u palm u jilqghu lil Kristu s-Salvatur. Anzi aktar minn hekk bdew jifirxu l-imnatar taghhom biex Gesu’ jghaddi minn fuqhom.


Forsi wiehed jista’ jistaqsi : dan ix-xenarju kollu huwa verita’ jew xi fantasija ta’ l-evangelisti biex isebbhu u jaghtu ftit tal-kulur lill-grajja?


Tajjeb li wiehed ikun jaf lil ghall-poplu ta’ l-Orjent dawn huma hwejjeg basici li kienu juzaw biex jaghtu merhba kbira lil xi hadd importanti. Fil-post fejn dak il-hin kien Gesu’ mal-follol, wiehed isib li s-sigar taz-zebbug jikbru bil-kwatita’ u bl-abbundanza. Infatti ghalhekk l-gholja kien jisimha l-Gholja taz-Zebbug. U meta xi persuna mill-Orjent joffrilek fergha taz-Zebbug dan ifisser li jrid jurik mhabbtu u rispett.


Xi whud anke qatghu xi frieghi mis-sigar tal-Palm li kienu fil-qrib u bihom taw merhba lil Gesu. Il-frieghi kienu jintuzaw biex fil-festa tat-Tabernakli, l-Lhud kienu jmorru lejn it-Tempju bil-freighi tal-Palm f’idejhom biex jitolbu u f’hin preskritt kienu jxejruhom bhala sinjal ta’ ferh.


It-tielet element fil-laqgha lil Kristu huwa l-imnatar tal-Lhud. Il-libsa ta’ Lhudi kienet wahda minn fuq sa isfel u fuq spallejhom jitfghu mantell twil. Uhud minn nies fil-folla li la kellhom fergha taz-zebbug u anqas tal-palm riedu juru lil Kristu l-qima taghhom lejh billi jifirxulu l-imnatar taghhom halli hu jghaddi minn fuqhom. Kull qima li setghet toffri l-folla, il-poplu wrieha bil-mod semplici tieghu, imma din tat fastidju lill-kbarat tal-Lhud.
It-tfal komplew ma’ din il-laqgha spontaneja bl-ghajjat taghhom.


Il-Kbarat tal-Lhud ghajjurin ghall-din il-laqgha lil Kristu avvicinawh u talbuh biex isikket il-folla. Izda Gesu’ wegibhom b’risposta’ li huma qatt ma kienu jistennew: “Nghidilkom is-sewwa li jekk jisktu dawn in-nies, jibda’ jghajjat il-gebel.”


Il-korteo issa wasal biex jidhol fit-tempju u wasal biss sal-bitha msejha l-bitha tal-gentili. Din il-bitha kienet mimlija nies. Fost dawn kien hemm min kellu simpatija lejn ir-religjon Lhudija, izda ma kienx cirkonciz u allura seta’ jasal biss sa din il-bitha. Dawn kienu jsejhulhom proseliti.


San Gwann jghid li kien hemm grupp ta’ proseliti li kien gejjin mill-Grecja. Billi kienu mal-folla staqsew it-tifsira ta’ dak kollu li kien qed jigri madwarhom. Ir-risposta li tawhom qanqlitilhom il-kurzita’ biex jitlobu laqgha ma’ dan il-personagg. Kienu jafu x’ghandhom jaghmlu. Huma ma kienux jafu lil Gesu’ u anqas Gesu’ ma kien jafhom. Allura nqdew b’xi hadd minn ta’ gewwa. Resqu fuq Filippu u talbuh udjenza ma’ l-Imghallem taghhom. Filippu flimkien ma’ Indri resquhom lejn l-Imghallem taghhom.


[Ġw:12:20] Fost dawk li telgħu biex iqimu lil Alla fil-festa kien hemm xi Griegi. [Ġw:12:21] Dawn marru għand Filippu li kien minn Betsajda tal-Galilija, u talbuh: "Sinjur, nixtiequ naraw lil Ġesù." [Ġw:12:22] Filippu mar jgħid lil Indrì, u mbagħad Indrì u Filippu marru jgħidu lil Ġesù. [Ġw:12:23] U Ġesù weġibhom: "Waslet is-siegħa li fiha Bin il-bniedem ikun igglorifikat.  [Ġw:12:24] Tassew tassew ngħidilkom, jekk il-ħabba tal-qamħ ma taqax fl-art u tmut, hi tibqa' weħidha; imma jekk tmut, tagħmel ħafna frott. [Ġw:12:25] Min iħobb lil ħajtu jitlifha; imma min jobgħod lil ħajtu f'din id-dinja jħarisha għall-ħajja ta' dejjem. [Ġw:12:26] Jekk xi ħadd irid jaqdini, hu għandu jimxi warajja; u fejn inkun jien, hemm ukoll ikun il-qaddej tiegħi. Min jaqdi lili, il-Missier jagħtih ġieħ. 


Dan li gej huwa l-episodju kif jirrakontah San Gwann.


 [Ġw:12:27] "Issa qiegħed inħoss ruħi mħawwda. U x'naqbad ngħid? Missier, eħlisni minn din is-siegħa? Imma jien għalhekk ġejt: għal din is-siegħa. [Ġw:12:28] Missier, agħti glorja lil ismek." Dak il-ħin instama' leħen mis-sema: "Jiena diġà gglorifikajtu, u nerġa' nigglorifikah." [Ġw:12:29] In-nies li kienu hemm semgħuh, u qalu li kien qiegħed iriegħed. Oħrajn qalu: "Kellmu xi anġlu." [Ġw:12:30] Ġesù wieġeb: "Dan il-leħen ma ġiex għalija, imma għalikom. [Ġw:12:31] Il-ġudizzju ta' din id-dinja qiegħed isir issa. Issa se jitkeċċa l-Prinċep ta' din id-dinja. [Ġw:12:32] U meta nintrefa' 'l fuq mill-art, jiena niġbed il-bnedmin kollha lejja." [Ġw:12:33] Hu qal dan biex jurihom b'liema mewt kien sejjer imut. [Ġw:12:34] In-nies wieġbu: "Aħna smajna jingħad fil-Liġi li l-Messija għandu jibqa' għal dejjem. Kif tiġi tgħidilna int li Bin il-bniedem għandu jintrefa'? U dan Bin il-bniedem min hu?" [Ġw:12:35] Qalilhom Ġesù: "Ftit ieħor baqagħlu magħkom id-dawl. Mela ibqgħu miexja sakemm għandkom id-dawl, biex id-dlam ma jilħaqkomx. Min jimxi fid-dlam ma jafx fejn hu sejjer. [Ġw:12:36] Sakemm għandkom id-dawl, emmnu fid-dawl, biex tkunu wlied id-dawl."

Dawk ta’ madwaru ma fehemux dan il-kliem u min sema’ il-hoss qal li kienet xi raghad, jew kellmu Alla. Kristu habbar li l-mewta li kellu jghaddi minnha kienet ser tkun rebha ghalih u telfa ghal Satana.


Wara li temm dak li kellu jaghmel gewwa Gerusalem, Gesu’ ra li kien sar il-hin u mat-tnax mara lura gewwa Betanja, bhalma jirrakonta San Mark fil-kapitlu 11 vers 11.


Hekk spicca l-ewwel jum tal-gimgha. Minn mohh Gesu’ zgur li bdew ghaddejja hsibijiet fuq it-tbatija li minnha kellu jghaddi dik il-gimgha. Kienet gimgha decisiva, gimgha li fiha kellha titwettaq il-fidwa tal-bniedem.



Your content goes here...