il-gimgha mqaddsa

KRISTU JIDHOL GERUSALEM (1)

ID-DAHLA GEWWA GERUSALEM (1)

QABEL DAHAL GERUSALEM.


Il-Festa ta’ l-Ghid kienet fil-qrib. Il-Lhud, kemm dawk li kienu jghixu fil-pajjiz kif ukoll dawk li ghal xi raguni jew ohra kienu emigraw, kienu qed jingabru ftit ftit gewwa Gerusalem biex jiccelebraw din il-festa. Kellhom l-obbligu li jmorru fit-Tempju gewwa Gerusalem biex iroddu hajr lil Alla ghall-grazzja li ta lil missirijiethom li jinhelsu mill-iskjavitu taht il-Farawn, re ta’ l-Egittu. Bis-sahha ta’ hekk huma, id-dixxendenti ta’ missirijiethom jgawdu dan il-helsien.


Maghhom kienu jgorru bosta hwejjeg, dawk mehtiega ghall-vjagg kif ukoll l-offerti ta’ l-ghexur u tal-bkur, jigifieri l-ewwel frott tal-hsad ta’ l-ghelieqi. Kienu jingabru gruppi gruppi u hekk jimxu flimkien kemm biex izommu kumpannija lil xulxin kif ukoll biex is-sahha tal-gruppi tkun ta’ deterrent ghal xi hallelin li setghu jkunu fit-triq tal-vjagg taghhom.


Gesu’, biex jobdi dak li kienet trid il-ligi telaq mill-Galilija, qasam is-Samarija u gie Geriko. Generalment il-waqfa gewwa Geriko kienet l-ahhar waqfa qabel jidhlu Gerusalem. Gesu’ telaq minn Geriko filghodu kmieni fil-jum tal-gimgha biex jasal gewwa Betanja sa inzul ix-xemx u hekk jhares jum is-Sibt li fih il-Lhud kienu jieqfu mill-mixi. Il-waqfa gewwa Betanja hadet lil Gesu’ ghand il-hbieb gheziez tieghu, Lazzru, Marta u Marija. Kiel u ghandhom ghadda l-lejl. Gewwa dan ir-rahal kien hemm hafna nies billi kif ghedna kien nofs triq lejn il-belt qaddis tal-Lhud. Kollha kienu semghu b’Gesu’ u l-miraklu tal-qawmien ta’ Lazzru mill-imwiet.


Is-Sibt filghaxija kien ifisser li dahal jum gdid, il-jum tal-Hadd, l-ewwel jum tal-gimgha u Gesu’ kien mistieden ghal ikla li wiehed ragel jismu Xmum imlaqqam l-imdiggen ried jaghti ghall-gieh ta’ Kristu. Kien imlaqqam l-imgiddem ghaliex forsi fieq minn dik il-marda kawza ta’ miraklu ta’ Kristu u Xmun baqa’ dejjem midjun lejn Gesu’. Izda l-evangelju ma jghidilniex ghaliex kienu jghidulu hekk. Ghal din l-ikla kienu mistiedna ukoll Lazzru u hutu Marta u Marija. Normalment kienu jimteddu fl-art fuq xi mtierah u jieklu mill-istess platt kbir. Dan kien sinjal li l-okazzjoni kienet wahda ntima u familjari.


Kif kienu qeghdin jieklu Marija dahlet quddiem Gesu’ u dilkitlu saqajh bl-ingwent ifuh. Fuq kollox kien ingwent tassew fin ghaliex ir-recipjent li fih kien maghluq kien ta’ l-alabastru, li kif jghid sew Plinju fwejjah fini u prezzjuzi kienu konservati gewwa l-alabastru.


Din il-fwieha kienet tiswa’ hafna. Dawn iz-zjut fini u jfuhu kienu mpurtati sa mill-Indja u fwejjah bhal dawn kont issibuhom fis-suq bla tfikxil. Forsi wiehed jaraha bi kbira haga bhal din, izda meta wiehed iqis il-kwantita’ ta’ incens li kien jinharaq fit-tempju u z-zjut li bihom kienu jidilku l-mejtin gheziez taghhom, malajr wiehed jikkonkludi li ghal dawn il-fwejjah kien hemm talba kbira, dejjem skont mal-but tax-xejjer kien jiflah.


Il-fwieha li uzat Marija kienet mill-ifjen ghaliex id-dar intliet b’riha tfuh. Kienet tiswa’ hafna ghaliex Guda, wiehed mill-appostli tkaza li nhliet b’dan il-mod. meta setghet timbiegh ghal tlett mitt dinar u jinghataw lill-foqra. Dan l-ammont kien paga ghal ghaxar xhur ghall-haddiem tal-klassi tan-nofs li kien jithallas b’dinar kuljum. L-Evangelist San Gwann jghidilna li dan qalu mhux ghax kien jimpurtah mill-foqra izda billi kien il-kaxxier kien jisraq kull ma jintefa’ fiha.


Il-gest ta’ Marija kien ukoll juri li l-familja ta’ Lazzru kienet wahda sinjura.


Ghall-kliem ta’ Guda, Gesu’ wiegeb: [Ġw:12:7] Qallu Ġesù: "Ħalliha, din il-fwieħa kienet refgħetha għal jum id-difna tiegħi. [Ġw:12:8] Il-foqra dejjem issibuhom magħkom, imma lili mhux dejjem issibuni."


Hawn kien qed jirreferi ghall-mewt tieghu li kienet hekk fil-qrib izda hadd mill-appostli jew mistednin ohra ma fehmu dan x’ried jghid.

Your content goes here...