il-gimgha mqaddsa

GESU' QUDDIEM PILATU (2)

GESU' QUDDIEM PILATU




Pilatu sahhah fehmtu li Kristu kien innocenti. Anqas Erodi ma sabu hati. Malli stqarr mal-folla li Kristu kien bla htija, il-poplu li issa zdied fin-numru, imheggeg mill-kapiet tieghu kollu beda’ jghajjat biex Pilatu jnehhi lil Kristu. Pilatu sab ruhu f’dilemma.

Quddiemu l-poplu zdied fin-numru. Tista’ tghid li ma kienx hemm nisa ghaliex in-nisa f’dawn iz-zminijiet ma kellhom parti f’xejn. Anqas biss kont tohlomha l-presenza tan-nisa, hlief forsi ghal numru zghir hafna, tghoddu fuq subghajk, nisa li kienu jithassru l-akkuzat. Terga’ tghid in-nisa dak il-hin kienu d-dar jippreparaw l-ikla ghall-festa ta’ l-Ghid.

Pilatu fehem li Gesu’ ma kellu ebda htija xi jpatti. Ghalhekk haseb biex jilliberah billi  japplika l-uzana li kienet prattikata fost ir-Rumani u anke l-Grieki li f’xi festi importanti kienu jehilsu xi habsi. U ghalhekk Pilatu uza din il-karta biex jillibera lil Kristu. Izda l-poplu sahan u ried li Barabba jkun mehlus u Kristu moghti l-mewt.

Ta’ min jghid hawn li fi Spanja waqt il-Gimgha tal-Gimgha l-Kbira, xi ibliet jew regjuni ghadhom iharsu din l-uzana bhala tifkira ta’ din il-grajja. L-awtorita’ tal-belt tistudja l-imgieba u l-kondotta ta’ wiehed prugunier u jekk jghaddi mill-kundizzjonijiet stabbiliti jinghata l-helsien. Dan jilbes ta’ fratell u jkompli jiehu sehem fil-purcissjoni sakemm tasal mill-gdid fil-knisja. Nifhem li din il-persuna waqt il-purcissjoni trodd hajr lil Alla li akkwistat il-helsien taghha qabel iz-zmien.  Pero’ tajjeb ta’ min jinnota li gie li kien hemm drabi meta l-prugunier maghzul ma jilhaqx il-kriterji mitluba u dik is-sena ma jinghata helsien lil hadd.

Wara li falla l-attentat tieghu biex jehles lil Kristu, Pilatu sab ruhu bi problema ohra. Anke martu kienet tal-fehma li dan Kristu kien innocenti. Baghtitlu messagg fejn qaltlu li jkun sew li hu ma jindahalx fil-gudizzju ta’ dan il-bniedem gust, ghaliex minhabba fih batiet hafna fil-holm. Kienet tassew haga mhux flokha li mart Pilatu tindahal fil-gudizzju. Ghaliex ma nafux u qatt ma nistghu nkunu nafu.

Forsi fil-holm kienet impressjonata li fl-istorja zewgha Pilatu jibqa’ imfakkar ghal –ingustizzja li wettaq meta kundanna bniedem bla htija. Mhux ghax Pilatu ma qatilx persuni nnocenti. Dan ghamlu bosta drabi; ma kienx jimpurtah li jaghmel dan sakemm kien irazzan kull rewwixta kontra Ruma.

Kien biss ftit snin qabel li l-mara setghet takkumpanja lil zewgha, prokuratur jew gvernatur ta’ art taht il-hakma rumana u tghix mieghu matul il-qadi ta’ dmirijietu. Dan il-permess inghata, wara zmien li fih il-mara kien ipprojbita li tmur ma’ zewgha. Meta setghet taghmel dan, il-mara kienet ipprojbita li f’xi mument tindahal jew taghti parir lil zewgha fit-tmexxija  f’isem Ruma.

Min jaf jekk xtaqx jimxi fuq il-parir taghha? Ftakar fil-grajja ta’ meta mart Cesare qalet lil zewgha biex ma jmurx fis-senat dak il-jum.  Cesare ghamel ta’ rasu u safa’ maqtul bi tradiment.

Forsi, min jaf, Pilatu ha l-parir taghha billi flok hareg mill-bieb hareg mit-tieqa! U kien ghalhekk li hasel idejh u qal lill-poplu li hu ma ghandu ebda htija fid-demm ta’ dan ir-ragel. Imma Pilatu xorta wahda ghandu r-responsabilta’ tal-mewt ta’ Kristu ghax hu bhala kap ma setax jabdika mir-responsabilta’ u dak li hu hazin jghid li hu hazin u dak li hu tajjeb jghid li hu tajjeb.

Laghab karta ohra u baghat lil Kristu ghas-swat bil-hsieb li meta jaraw lil Kristu f’dak l-istat tigihom hniena u ma jibghatux ghall-mewt. Izda mar zball ghaliex il-folla mhegga mill-kbarat u mexxejja tal-lhud riedet li jitnehha u ghalhekk bezzghet lil Pilatu u qaltu li jekk ma jnehhihx hu ma jkunx habib ta’ Cesare ghaliex Kristu ghamel lilu nnifsu sultan. Il-Lhud messew l-aktar punt debboli ta’ Pilatu, ir-ragel imlibbes bis-setgha u li ma kien jimpurtah minn ebda prattika ta’ religjon. Pilatu tassew beza’ ghaliex it-theddida tal-kbarat kienet tfisser li jekk ihalli li Gesu’ haj kien car li hu (Pilatu) jridu jkompli jwaqqaf is-saltna tieghu bi hsara ghas-saltna ta’ Ruma. Pilatu li kien cert li Kristu kien innocenti ma kellux stoffa bizzejjed biex jieqaf lix-xewqa tal-lhud. Ceda’ u baghtu ghall-mewt.