il-gimgha mqaddsa

KRISTU QUDDIEM QAJFAS (2)

atul il-lejl gie migbur materjal biex jintuza kontra Gesu'.Wara li Gesu' ghadda xi hin maghluq fil-habs jew sotterran, kien wasal il-hin biex igibuh mill-gdid quddiem is-Sanhedrin halli mill-gdid ikun mgharbel. U dan sar meta bdew jidhru l-ewwel sinjali ta' dawl. Billi fl-Orjent l-ghodwa tisbah kmieni wiehed jista jiddettermina li l-hin kien madwar l-erbgha u nofs ta' filghodu. "Meta sebah, iltaqghet il-gemgha tax-xjuh tal-poplu, il-qassisin il-kbar u l-kittieba u hadu lil Gesu' quddiem is-Sinedriju, il-Kunsill taghhom" (San Luqa 22: 66).


Il-process lhudi kien jibda' billi jsejhu x-xiehda li jwiegbu ghall-mistoqsijiet li jsirulhom. Hekk ghamlu, imma x-xiehda taghhom ma kienitx taqbel. (Marku 14:56) Ghalhekk il-process ma setghax jimxi 'l quddiem, aktar u aktar, meta min kien jixhed kellu jwiegeb ghal seba mistoqsijiet: f'liema gimgha tas-sena, f'liema xahar, f'liema data tax-xahar, f'liema jum, f'liema siegha u f'liema post.Sa fl-ahhar gew zewg xiehda li donnhom kienu jaqblu; hekk kiene ttitlob il-ligi, htiega ta' tnejn li jaqblu f'dak li kienu jghidu. 

Meta dawn iz-zewg xiehda gew mgharbula, is-Sanhedrin sab li ma kienux jaqblu la fil-kliem u anqas fl-ispirtu. "Nista' nhott it-tempju ta' Alla u nerga' nibnih fi tlett ijien" wiehed minnhom qal. ( Matt26:61) L-iehor qal: " Jiena nhott dan it-tempju mibni bl-idejn u fi tlett ijiem nibni iehor li ma jkunx mbni bl-idejn" (Mark 14: 49).L-okazzjoni li kienu qed jirreferu ghaliha dawn iz-zewg xiehda kienet meta Kristu kecca' lill-bejjiegha mill-bitha tat-tempju. Izda jekk wiehed jara dak li kien qal Gesu' f'dik ic-cirkustanza kien il-qdusija lej it-tempju. Gesu' qatt ma qal li hu kien ser ihott it-tempju, izda sfida lill-ghedewwa biex igarrfu t-tempju u Hu jibnih fi tlett ijiem.Meta Qajfas ra li kull ma ippjana u bena' ser isirlu suf, allura qam bil-wieqfa u stieden lil Gesu' biex jiddefendi lilu nnifsu. 


Pero dak li xtaq Qajfas ma hadux ghax Kristu baqa' sieket. Imbaghad Qajfas solennement ordna lil Gesu' jghid jekk kienx il-Messija, l-Iben ta' Alla l-Haj.Hawn Gesu' fetah fommu u qal: " Inti ghidtu. U nghidilkom ukoll li 'l- quddiem ghad taraw lill-Bin il-Bniedem bil-qieghda fuq in-naha tal-lemin ta' Dak li jista' kollox u gej fuq is-shab tas-sema" (Matt 26:64). Ghal dan il-kliem is-Sommu Sacerdot qam bilwieqfa u carrat hwejgu u qal: " Smajtuh? Dagha. Haqqu l-mewt." Kull membru prezenti afferma dak li qal Qajfas. "Haqqu l-mewt," wiegbu ilkoll.Qajfas flimkien ma shabu ma kellhom ebda ragun li jikkundaw lil Kristu. Il-kundanna ta' Kristu ghall-mewt kienet wahda ngusta. 


Ghax Kristu qatt ma semma' l-isem ta' Alla. U ghalhekk ma setghax jigi akkuzat li Gesu' dagha. "Dak li jigi akkuzata bhala daghaj ma jkunx hati jekk ma jsemmix l-ISEM stess." Dan hu li jghid it-trattat sanhedrin.Meta l-lhud kienu jridu jsemmu l-isem ta' Alla kienu jiktbu / jghidu jew l-aggettiv "qawwa" jew attribut tieghu u hekk ikunu jifhmu li jridu ssemmu lil Alla. U hekk ghamel Gesu'. Wiegeb lil Qajfas bl-istess manjiera li kien kommuni dak iz-zmien. " Inti ghidtu. U nghidilkom ukoll li 'l- quddiem ghad taraw lill-Bin il-Bniedem bil-qieghda fuq in-naha tal-lemin ta' Dak li jista' kollox u gej fuq s-shab tas-sema" (Matt 26:64). "Intom ghad taraw lil Bin il-Bniedem bil-qieghda in-naha tal-lemin tal-Qawwa u gej fuq is-shab tas-sema" (Mk 14:62).


Fil-vangelu ta' San Luqa il-kittieb izid il-kelma Alla mal-kelma Qawwa. Dan ghamlu ghax il-qarrejja ta' San Luqa ma kienux jifhmu t-terrminologija tal-lhud u l-ultura taghhom. Luqa htieglu li jnizzel il-kelma Alla biex juri ghal min kienet qed tirreferi il-kelma qawwa.Imma Qafjas u shabu kienu tant irrabjati ghal Gesu' li riedu jehilsu minnu taht kull skuza anke jekk din tkun wahda ngusta.Hekk il-qassis il-kbir ta' periodu biss ta' zmien ikkundanna lil Gesu' li kien il-Qassis il-Kbir sa mill-eternita'. Hekk kif il-lhud semghu bis-sentenza ferhu u minn dak il-hin stess komplew igaghluh ibati bid-daqqiet ta' ponn, bzieq, zufjett u zeblih iehor. Ghidt komplew ghax Gesu' kien diga bata' taht idejhom sa mill-mument li hatfuh taht idejhom fil-gnien tal-Getsemani.Kien bejn is-sitta u s-sebgha ta' flighodu meta hadu lil Gesu' ghand Pilatu. Minghand l-awtorita' religjuza Gesu' ttiehed ghand l-awtorita' civili, minn Gerusalemm ghar-Ruma. 


Hekk gralu Gesu' ta' Nazaret.