il-gimgha mqaddsa

F'IDEJK MULEJ JIENA NAFDA L-ISPIRTU TIEGHI (7)

 

Kienet ghadha tidwi l-weghda:

"Il-lum tkun fil-Genna mieghi"

Meta qal: "F'idejk jien nerhi

O Mulejja, ir-ruh tieghi."


Imbaghad ghajjat ghajta kbira,

Nizzel rasu fuq spallejh:

"L-iben t'Alla, miet," bdew jghidu

L-art u s-sema jharsu lejh.


"Miet il-martri ta' l-Imhabba, 

Miet il-Vittma tal-Mibgheda"

Il-qtajjiet ta' l-angli qalu

Mis-smewiet bil-biza mrieghda.


Il-holqien f'dalma li twahhax

Baqa' jhares Lejh skantat:

U kif miet terremot qawwi

Hezzez l-art, fellel il-blat.


Fis-santwarju l-velu ccarrat,

Kollox tharrek f'dak il-hin,

L-oqbra nfethu bit-thezhiza

U mill-art qam l-mejtin.


F'nofs il-herba ta' l-inhawi

Baqa' wieqaf is-Salib

Bl-Iben t'Alla mejjet fuqu,

Dak li l-Fidwa qed iggib.

 

Marija Ommu u n-nisa twajba

Ma' Giovanni baqghu hemm

Jikbu taht il-Ghuda Mqaddsa

Ghadha tqattar fl-art id-demm.


Izda l-folla regghet f'darha

Telquh hemm fil-gholi mtalla'

Jghidu u jaghtu fuq sidirhom:

"Dan tassew kien l-Iben t'Alla."


Imbaghad resaq suldat b'lanza,

Dan - biex jara jekk kienx mejjet-

Daqqa tah, nifidlu qalbu

Tghid ma tawhx daqqiet bizzejjed?!


O Gesu' sa fejn wasslitek

Dik l-imhabba ghall-bnedmin!

Fiex gabitek il-mibgheda

Taghna lkoll: il-midimbin!


Int tassew ir-Rghaj it-Tajjeb

Li tajt hajtek ghan-nghag tieghek,

Fil-mewt tieghek sabu l-hajja,

Sabu l-kenn tal-kustat tieghek.


Inweghduk kull wiehed minna

Jibda' jghix ghad-dnub midfun

Biex ghall-glorja nqumu mieghek

Gewwa l-Genna, HEKK IKUN.