il-gimgha mqaddsa

GHANDI L-GHATX (5)

 

Il-Feddej bir-raba' kelma

Deher li tilef il-kuragg

Minnufih bil-hames wahda

Qal...imsejken ! "Bini l-ghatx"


Dak li halaq l-art u l-bahar,

Dak li bl-ilma jghabbi s-shab,

Dak li jisqi l-art bix-xita

Fl-ahhar waqt bil-ghatx jinsab.


Dak li b'kelmtu saru x-xmajjar,

Dak li haffer il-widien

u fawwarhom bl-ilma gieri

Qatra ghalih ma sab imkien!


Dak li hareg l-ilma jgelgel

Minn gol-blat biex jisqi l-Lhud

Fid-dezert u l-bhejjem taghhom

ghal qatra ilma qed imut.


Dak li halaq l-ghasfur ckejken

U l-holqien tah fejn jittajjar,

Dak li r-raba' tah fejn jiekol

U mnejn jixrob tah l-ghadajjar.


B'nixfa f'halqu qed jitniehed

"Ghandi l-ghatx"... bil-ghatx se jmut;

Imbaghad fl-ahhar semghu jokrob

,Mar suldat,  wiehed mill-Lhud.

 

Xarrab sponza bil-hall hares

F'tarf ta' qazba u resaq lejh,

- Tghid ghax thassru jew b'mibgheda? -

Ressaqhielu ma' xuftejh.


L-Iben t'Alla bil-ghatx mejjet,

Malli tieghem dik il-qrusa

Ma riedx jixrob dawwar wiccu

Halliehielu bla minsusa.


O Gesu' Ilma tal-Hajja,

Iben Alla, Verb Divin,

X'ghatx sofrejt sabiex tifdina,

Minna stess il-mifdijin.


Inweghduk li naghtuk tixrob

L-Ilma car tal-Maghmudija:

Bih nisquk u l-ghatx naqtghulek:

B'hajja tajba nisranija.


Ghax Int dan kien l-ghatx li kellek,

Ghatx li jsalva lir-ruh taghna,

Hekk urejtna kemm-il darba

Xhud l-istess Samaritana.


U fis-siegha tal-mewt taghna

'Tina l-Gisem u d-Demm tieghek,

Thalliniex ghalik ghatxana,

Fis-smewwiet laqqaghna mieghek.