il-gimgha mqaddsa

ID-DEMM TA' KRISTU

 
 

ll-Bazilka tad-Demm Imqaddes gewwa Bruges thaddan fiha relikwija ta’ Kristu: id-Demm Imqaddes tieghu, migbur minn Guzeppi minn Armatea.

Il -Bibbja mkien ma ssemmi l-fatt li d-Demm ta’ Kristu gie preservat. Wiehed mill-vangeli apokrafi jsemmi li Guzeppi minn Armatea ppreserva d-Demm ta’ Kristu wara li hasel il-gisem imqaddes ta’ Gesu’ mejjet. 


Ir-relikwija baqghet fl-Art Imqaddsa sa zmien it-Tieni Krucjata meta r-re ta’ Gerusalemm Baldwinu III taha lil hatnu l-Konti ta’ Flanders, Diederik van de Elzas. Il-Konti wasal biha gewwa Bruges f’April 7, tas-sena 1150 u qieghdha f’kappella li hu bena’ fi pjazza Burg.


L-ewwel dokument storiku li jsemmi d-Demm Imqaddes gewwa Bruges iggib id-data tas-sena 1256. L-istorja vera tidher li r-relikwija giet minn Kostaninopli fejn kien hemm kollezzjoni estensiva ta’ relikwiji, inkluza dik tad-Demm Imqaddes.

Kostantinopli giet sakkeggjata mill-armata tal-Krucjata tal-Konti ta’ Flanders Baldwinu IX fis-sena 1204, matul ir-Raba’ Krucjata. Baldwinu IX probabilment baghat din ir-relikwija, misruqa minghand il-Bizantini lejn Bruges ftit wara. Il-mod kif inhu mahdum mill-kristall  ta' dan it-tubu zghir jindika li l-origini tieghu hija Kostantinopli.


Il-Bazilka li tinsab f’rokna fil-pjazza Burg tikkonsisti f’kappella fuq stil Ruman fil-livell ta’ isfel u f’f’livell aktar gholi kappella ohra stil Gotiku. L-ewwel kappella hija fqira minn kull tizjin filwaqt li dik ta’ fuq hija hajja bil-kuluri u dettalji. 

Iz-zewg kappelli huma maghquda permezz ta’ tarag . Kemm it-tarag kif ukoll il-faccata kienu mibnija fis-sena 1533 bi stil rinaxxemintali imma mwaqqa’ fi zmien il-hakma franciza. Kienu mill-gdid mibnija fid-19 il-seklu. L-istatwi indurati bid-deheb jifiguraw lil Arci -duka Bertu u Massimiljanu ta’ l-Awstria, lil Margerita ta’ York u Sibilla ta’ Anjou, il-mara ta’ Derrick u omm Filippu ta’ Alsace.

IL-KAPPELLA TA' ISFEL
 

Il-kappella t’isfel maghrufa bhala l-kappella ta’ San Bazilju hija wahda zghira b’nava qasira u gnub zghar. Il-bieb li jghaqqad il-kuritur tal-lemin man-nava ghandu skultura zghira li turi l-maghmudija ta’ San Bazilju. Dan il-kuritur ghandu statwa tal-Madonna bit-tarbija Gesu’ mizmuma wara l-hgieg.
Fuq ix-xellug tal-kor hemm il-kappella ta’ San Ivo li giet mizjuda fis-sena 1504 u li fiha jinzammu l-fdalijiet ta’ San Bazilju kif ukoll ta’ Karlu t-Tajjeb, il-Konti ta’ Flanders li kien assassinat.
 
Il-Kappella ta’ Fuq
 

Il-kappella ta’ fuq li originarjament kienet fuq stil ruman, issa giet mibdula fi stil Gotiku mzejna b’mod modern. It-twieqi taghha huma ta’ l-stained glass u l-hitan taghha huma miksija permezz ta’ pitturi, inkluz sfond fuq l-artal li juri t-Trinita’ u xeni li jirrelataw mar-relikwija tad-Demm Imqaddes.


Ir-relikwija tad-Demm Imqaddes hija ssigilata go tubu tal-kristall l i z-zewgt irjus tieghu huma maghluqa b’tapp tad-deheb. Ir-relikwija hija mizmuma b’ghozza kbira f’tabernaklu tal-fidda sabih hafna bl-iskultura tal-Haruf t’Alla. Fuq il-hajt ta’ wara hemm imdendlin l-“ex-votos” bhala sinjal li l-talb ta’ dawk fil-bzonn gie mismugh bis-sahha tad-Demm Imqaddes ta’ Kristu.

Kull sena din ir-relikwija tohrog f’purcissjoni f’Jum it-Tlugh tal-Mulej fis-Sema . L-isqof ta’ Bruges jgorrha madwar it-toroq akkumpanjat mir-residenti libsin kostumi li juru xeni mill-bibbja. Din il-purcissjoni saret ghal ewwel darba fis-sena 1291 u baqghet issegwi l-istess rotta sas-sena 1578 meta il-gwerrer sfurzaw li din l-attivita’ issir fic-centru tal-belt. Hija din ir-rotta li hija segwita l-lum.

‘L fuq minn 3000 ruh jippartecipaw fil-purcissjoni. Il-partecipanti kollha jilbsu kostumi differenti u jahdmu drammi qosra bibblici u storici. Aktar minn 60,000 ruh jaraw din l-attivita’. Il-poplu ta’ Bruges jhobbha hafna din l-attivita’ u laqqmu dan il-jum bhala"Brugges' Schoonste Dag" (L-Aktar Jum sabieh fi Bruges)

Wara li esponejt it-taghrif kollu skond ir-ricerka li ghamilt, nixtieq naghmel kumment zghir. Laqatni hafna kif laqqmu l-poplu ta’ Bruges il-Jum ta-Lapsi jew Tlugh fis-Sema tal-Mulej. Jiddeskrivuh bhala “L-aktar jum sabieh fi Bruges”. Ghan-nisrani KULL JUM huwa jum sabieh ghalih. Ghaliex meta jippartecipa fil-Quddiesa wara l-hin tal-Konsagrazzjoni quddiemu ma jkollux aktar Hobz u Imbid izda jara bil-ghajnejn tal-Fidi, IL-GISEM, ID-DEMM, IR-RUH U D-DIVINTA’. 

Nitolbuh nghidulu: Mulej sahhah il-fidi taghna jew Mulej ghen il-fidi nieqsa taghna, precizament bhalma talab dak il-missier lil Gesu’ meta Kristu fejjaqlu lil ibnu mill-mard.


 


 
IR-RELIKWIJA LI JINGHAD LI ZZOMM DEMM KRISTU
 
IL-BAZILKA TAD-DEMM TA' KRISTU
 
IL-KAPPELLA TA' ISFEL
 
IL-KAPELLA TA' FUQ
L-ARTAL TAR-RELIKWIJA