il-gimgha mqaddsa

ID-DULURI TA' MARIJA

 

Sebgha kienu d-duluri

iilli tertqu qalb Marija

qalb minfuda b'sejf in-niket

qalb li tnixxi dmugh u dmija.


O kemm kellha ssofri, tbati,

din il-Omm Addolorata

taht salib Binha, imdendel

minn kuhadd abbandunata!


Xejn ma bezghet timxi, itterraq,

wara binha fit-tbatija

fost l-insulti u l-ghadab kiefer

u kull xorta ta' mohqrija.


Min jaf x'hasset din l-Omm taghna

b'Binha mejjet go dirghajha

wiccu mbengel kollu griehi

gisem shun, izda bla hajja.


Minn fuq is-salib imperrec

hekk kif kien bejn sema u art

lil Marija tana b'Ommna

biex tfejjaqna minn kull mard.


O Marija tad-Duluri

b'rieda soda nweghduk

li dan niket intaffulek

u b'qalb niedma nhobbuk.


Lil Gesu' ibnek wahdani

le ma nzidu noffenduh;

bibien qalbna nberrhulu

hemm ghal dejjem inqeghduh.


poezija miktuba minn Kav Joe M Attard.

(dawl frangiskan ghad 348)

 


MARIJA ADDOLORATA MEQJUMA GEWWA LEON SPANJA