il-gimgha mqaddsa

IL-FEDELTA' TA' ALLA

 L-iktar gheziez -  
Noqghodu fuq il-Kalvarju quddiem Kristu Gesu Msallab hdejn Marija Santissma Ommu,  u niehdu minnu taghlim tal-hajja eterna.


v. Kristu Sultan Imsallab  
r. Ejjew Nadurawh


L-iktar gheziez -  
Itfghu ghajnejkom fuq l-Imghallem Divin taghkom u aqraw:


IL-FEDELTA' TA' ALLA.


Infatti Gesu Kristu, mejjet imsammar mislub, huwa l-oggett tal-weghdiet ta' Alla,  li ghamel lill-bnedmin fil-genna ta' l-art, tul bosta seklipermezz ta' figuri u ta' profeziji fl-Antik Testment: ekku dak li weghdna tahulna fedelment b'verifika perfetta tas-sinjali kollha.


Taghlim fuq din il-Pagna


1. Alla hu verita' essenzjali: ghalhekk naghmlulu tort gravi jekk ma nemmnux fermament dak li gharrafna permezz ta' Ibnu u tal-Knisja.


2. Alla huwa fidil: ghalhekk bla dubju jippremja l-gusti u jikkastiga kull tmerija ghal qalbu.


3. Alla huwa fidil: ghalhekk it-tentazzjonijiet u kull ma jigi ta' deni fuqna qatt ma jkunu superjuri ghal hilitna.


4. Alla huwa fidil u  ma jistax jigdeb: ghalhekk ma jistax  jghid, "Bravu serv tajjeb u fidil, billi inti kont fidil fil-ftit jiena nqieghdek fuq il-wisq, idhol fil-ferh ta' Sidek", jekk inti infidil fl-osservanza tal-Ligi tieghu.


Proponiment


Nipproponu, li nzommu quddiem ghajnejna l-Ligi ta' Alla lejl u nhar nimmeditawha ghax hija l-unika kawza ta' paci u glorja vera.