il-gimgha mqaddsa

IL-GETSEMANI


Il-gnien tal-Getsemani, li jinsab fit-tarf ta’ l-Gholja taz-Zebbug huwa msemmi fit-Testment il-Gdid bhala l-post fejn Kristu kien imur jitlob ta’ spiss u mieghu jiehu l-appostli. Kien hawn, f’dan il-post li Kristu kien tradut fil-lejl qabel gie mislub.
Il-gnien ghandu medda ta’ kobor ta’ madwar 1200 metru kwadru u huwa qrib il-mixja lejn it-Tempju mill-quccata ta’ l-Gholja taz-Zebbug u t-triq li tiehdok lejn Betanja.
L-isem bl-Ebrajk ifisser “maghsar taz-zejt.” Sa zminijietna z-zejt ghadu jigi maghsur miz-zebbug li jinqata minn tmien sigriet l-aktar qodma li jaghtu lill-gnien dak il-karattru misterjuz.
Vicin il-gnien wiehed isib il-Knisja tan-Nazzjonijiet, mibnija fuq il-blata li fuqha Kristu jinghad li talab waqt l-agunija qaddisa tieghu qabel ma gie tradut minn Guda l-Ikarjota.
Madwar 100 metru ‘l boghod lejn t-tramuntana tal-knisja jinsab l-Ghar tal-Getsemani fejn Gesu’ u l-appostli hafna drabi sabu kenn matul il-lejl meta kienu jmorru jitolbu. F’dan il-ghar naturali hu mahsub li d-dixxipli raqdu waqt li Kristu kien jitlob.
Hdejn l-Ghar jinsab il-Qabar ta’ Marija fejn it-tradizzjoni nisranija tghid li Omm Gesu’ kienet midfuna wara li hija “raqdet ir-raqda tal-mewt.”

Kemm ghandhom zmien is-sigar tal-Getsemani?

Fil-gnien tal-Getsemani wara cint tal-hadid jinsabu wieqfa kollhom hajja tmin sigriet l-aktar qodma li joholqu atmosfera spiritwali ghal dawk li jmorru jzuru dan il-lokal, ghalkemm it-tizjin bil-fjuri joffru element superficjali ghall-ambjent ta’ madwar.
Dawn is-sigar joholqu hafna dubbji fuq l-eta’ jew zmien taghhom. Setghu kienu xiehda silenzjuzi ta’ l-Agunija ta’ Kristu qabel ma’ miet?
Gewwa Izrael wiehed isib bosta sigar taz-zebbug qodma. Tnejn fil-belt ta’ Arraba u hamsa gewwa Deir Hanna gew klassifikati li ghandhom aktar minn 3000 sena.
Ma tantx jidher li s-sigar prezenti tal-Getsemani kienu dawk ezisenti fi zmien Kristu billi kif jirrakonta l-istoriku Josephus Flavius is-sigar kollha madwar Gerusalem gew maqtugha mir-Rumani biex jintuzaw bhala armi fl-attakk fuq il-belt qabel haduha fis-sena AD 70.
Madankollu z-zebbug tal-Getsemani jistghu jkunu possibilment dixxendenti ta’ dawk is-sigar li kienu hemm qabel. Dan hu possibbli ghaliex meta sigra taz-zebbug tinqata’ frieghi ohra godda jispuntaw mill-gheruq biex tinholoq sigra gdida.
Fis-sena 1982 l-Universita ta’ Kalifornia ghamlet xi testijiet imsejha radiocarbon dating fuq xi gheruq mill-Getsemani u r-rizulat kien li xi uhud mis-sigar setghu kellhom 2300sena.
X’jigri mill-frott tas-sigar taz-zebbug mill-Getsemani? Meta kull sena jigbru iz-zebbug jaghsruh u jiehdu minnu z-zejt ghall-lampi tas-santwarju tal-Getsemani u mill-ghadma taz-zebbuga jahdmu kuruni tar-ruzarju.

L-Ghar fejn raqdu l-Appostli


Access ghal-Ghar tal-Getsemani huwa minn passagg dejjaq li jinsab fil-bitha miftuha quddiem il-Qabar ta’ Marija.
Dan l-ghar naturali ghandu kobor ta’ madwar 190 metru kwadru u bazikament ghadu intatt bhal fi zmien Kristu.
 Fuq l-artal maggur hemm pittura ta’ Kristu jitlob ma’ l-Appostli filwaqt li fil-gnub hemm kwadri li juru l-Assunzjoni ta’ Marija u l-Bewsa ta’ Guda.
Taht l-artal maggur hemm zewg statwi li juru zewg appostli reqdin.
L-Ghar huwa maghruf wkoll bhala l-Ghar tal-Pressa taz-Zebbug. Fil-hajt hemm toqba li fih kien izzomm tarf ta’ travu ta’ l-injam li meta kien jinghafas fuq in-naha opposta kien jishaq iz-zebbug.
Fir-raba seklu l-ghar sar kappella. L-art giet pavimentata b’muzajk abjad li tahtu thaffru oqbra li minnhom instabu aktar minn 40 wiehed waqt l-iskavi.
Dan il-post hu taht il-kustodja tal-Frangiskani