il-gimgha mqaddsa

IL-GOSTI TA' ALLA

L-iktar gheziez -  
Noqghodu fuq il-Kalvarju quddiem Kristu Gesu Msallab hdejn Marija Santissma Ommu,   u niehdu minnu taghlim tal-hajja eterna.


v. Kristu Sultan Imsallab  
r. Ejjew Nadurawh


L-iktar gheziez -  
Ifthu ghajnejkom fuq l-Imghallem Divin taghkom u aqraw:


IL-GOSTI T'ALLA


Infatti Gesu Kristu, il-ghaxqa tal-Missier, ghamel biex joghgbu f'kollox kif hu stess qal : " Jiena naghmel dejjem il-hwejjeg li joghgbuh." (Gw viii, 29) Jaghrafx il-hwejjeg li huma t'Alla Dak li fih tghammar korporalment kull milja tad-Divinta? Biex wiehed immela jara x'inhu prezzjuz u ta' gost f'ghajnejn Alla jhares fuq Kristu Msallab fejn jidher car sagrificcju ta' hegga f'imhabba lejn Alla u lejn il-proxxmu.


Taghlim fuq din il-Pagna


1. Huwa cert li dak li tapprova d-dinja jiddizapprovah Alla


2. Alla qatt ma jiggosta opra li tidher tajba maghmula b'intenzjoni naturali ghal xi stima, senswalita' jew sustanzi.


3. Kristu qal li Alla huwa spirtu u li min jadurah jehtieg li jadurah bl-ispirtu u bil-verita u li bhal dawn il-Missier ifitexx min jadurah.


4. Alla jiggosta lilu nnifsu: immela zgur li jsib gost fina meta jarana nixbhux.  Ix-xebh t'Alla fina jigi fl-ezercizzju tal-hniena.


Proponiment


Nipproponu illi jkun fina gost wiehed, li naghtu gost lil Alla: kollox naghmlu meta hu maghgub quddiemu; u li wiehed ikun fina l-biza': li niddizgustawh.