il-gimgha mqaddsa

IL-GUDIZZJI OSKURI TA' ALLA

L-iktar gheziez -  
Noqghodu fuq il-Kalvarju quddiem Kristu Gesu Msallab hdejn Marija Santissma Ommu,   u niehdu minnu taghlim tal-hajja eterna.


v. Kristu Sultan Imsallab  
r. Ejjew Nadurawh


L-iktar gheziez -   


Itfghu   ghajnejkom fuq l-Imghallem Divin taghkom u aqraw:


IL-GUDIZZJI OSKURI T'ALLA


Infatti Gesu Kristu, li Alla qieghed ghall-mewt biex ikun is-sahha eterna tal-bnedmin, kien moghti ghall-mewt permezz ta' ghejra tal-Lhud - u Alla jrid lil kulhadd karitattiv; u permezz ta' ingustizzja ta' Pilatu - u Alla jrid lil kulhadd gust. Min jista jifhem il-gudizzji t'Alla? David qal li Alla hu terribbli fi hsibijietu fuq ulied il-bnedmin.


Taghlim fuq din il-Pagna


1. Fin-natura stess tinsab oskurita li tfixkilna, per ezempju: spirtu jikkomunika ma' gisem, zerriegha tmut biex tinbet. 


2. Fuq il-grazzja isma' 'l-Appostlu: "Kemm huma ta' hadd li jista jifhimhom il-gudizzji t'Alla u kemm ta' hadd li jista' jfittex it-triqat tieghu!" (Rum 11:33) 


3. Il-fatt li mohh finit u ferut bl-injuranza u bil-passjonijiet li jidhol jithaddet ma' Essri infinit u sapjentissimu, f'dan hemm suppervja intollerabbli. 


4. Alla hu dejjem gust u rett f'kull gudizzju tieghu. Kull ma jigri, immela, hu ghall-glorja tieghu u ghall-gid taghna.


Proponiment


Nipproponu illi nghixu b'wiccna ma' l-art naduraw fis-skiet il-hsibijiet u d-dispozizzjonijiet divini minghajr ma nissugraw nghidu: "Kif hekk? ... Ghaliex hekk?