il-gimgha mqaddsa

IL-HNIENA TA' ALLA

L-iktar gheziez - 
Noqghodu fuq il-Kalvarju quddiem Kristu Gesu Msallab hdejn Marija Santissma Ommu, u niehdu minnu taghlim tal-hajja eterna.
 
v. Kristu Sultan Imsallab 
r. Ejjew Nadurawh
 
L-iktar gheziez - 
Itfghu ghajnejkom fuq l-Imghallem Divin taghkom u aqraw:
 

IL-HNIENA TA' ALLA

 
Infatti Gesu Kristu, il-veru hanin samaritan accetta  volontarjament u mhux minn xi necessita' li jerfa' u jgib dnubietna f'gismu fuq l-ghuda tas-salib u hekk gejna bit-tbengil tieghu mfejqin.  Il-gustizzja divina kkundanatna ghat-telfien; il-hniena divina gabet mezz proporjzonat u denn ghall-helsien bit-tixrid tad-Demm Divin, kif jghallem San Leone Papa li kawza tar-riparazzjoni taghna mhix hlief il-Hniena Divina.
 
Taghlim fuq din il-Pagna
 
1. Ix-xemx u x-xita jitkellmu fuq il-Hniena t'Alla li ma jafx jaghlaq qalbu wara tant ingurji mill-kreaturi tieghu.

2. Il-hniena li tuza inti, xbiha t'Alla, turik il-Hniena t'Alla li halqek, li hu kawza ta'kull gid u ta' kull perfezzjoni.

3. Kristu bil-parabbola ta' l-iben il-hali jurina qalb Alla li waqa' fuq ghonq ibnu umiljat u biesu f'eccess ta' imhabba.

4. Marija Ssma qalet li l-Hniena ta' Alla minn nisel ghan-nisel ghal dawk li jibzghu minnu.  Is-Sapjenza Divina qalet li mberkin dawk li jhenn ghax huma jaqalghu l-hniena
 

Proponiment

 
Nipproponu illi qatt ma naqtghu qalbna mill-hniena bla tarf ta' Alla ghall-merti tad-Demm ta' Gesu' u li anqas ma nissugraw nabbuzaw biha.