il-gimgha mqaddsa

IL-HTIEGA TAL-PENITENZA

L-iktar gheziez -  
Noqghodu fuq il-Kalvarju quddiem Kristu Gesu Msallab hdejn Marija Santissma Ommu, u niehdu minnu taghlim tal-hajja eterna.


v. Kristu Sultan Imsallab  
r. Ejjew Nadurawh


L-iktar gheziez -   


Itfghu ghajnejkom fuq l-Imghallem Divin taghkom u aqraw:


IL-Htiega tal-Penitenza


Infatti Gesu Kristu kien mehtieg li jbati biex jimmerita l-gustifikazzjoni tal-bniedem ma' Alla offiz infinitament bid-dnub. Ighallem l-Appostlu San Pawl li Alla ma hafirix lil Ibnu, izda qieghdu fil-mewt ghalina. Issa jekk Alla ghazel din it-triq ghal Ibnu biex jithassar id-dnub, kif jista' wiehed isalva jekk japprova d-dnub?


Taghlim fuq din il-Pagna


1. Min hu niedem jixtieq li m'ghamilx il-hazen li jaghmel u b'soghba vera jirripara kif jista l-offiza t'Alla. 


2. Bniedem niedem jaghti dan il-frott: jahrab kull okkazjoni prossma tad-dnub; isewwi kif jista kull hsara volontarja li ghamel; u juza hniena ma' kulhadd biex hu wkoll isib hniena minn Alla. 


3. Kristu qal car u tond li jekk ma naghmlux indiema, ilkoll xorta wahda nintilfu (Lq 12:5) 


4. Mottivi ghall-indiema: Alla tajjeb offiz flok irringrazzjat; il-kastigi t'Alla specjalment fil-fjammi eterni; u l-hsieb tal-mewt inevitabbli li tigi darba biss.


Proponiment


Nipproponu li minn issa nqisu li ndawru ghal kollox spallitna minn dak li tghozz id-dinja u li nibku dnubietna bil-verita qabel ma mmorru u ma nergghux nigu.