il-gimgha mqaddsa

IL-KOLONNA TAL-FLAGELLAZZJONI


Il-kolonna li fuqha kien marbut u fflagellat Kristu Gesu' kienet mizmuma gewwa Gerusalemm flimkien ma' relikwi ohra qaddisa fuq il-muntanja Sion, kif jghidilna San Girgor ta' Tours, il-Venerabbli Bede u San Girolmu. Baqghet hemm fl-istess post sat-13 il-seklu, meta l-Kardinal Giovanni Columna, Legat Appostoliku fil-Lvant, gabha Ruma. 


 Dan kien fi zmien il-Papa Onorju III, is- sena 1213. Tqieghdet f'kappella zghira gewwa l-knisja ta' Santa Pressede u hemm ghadha sal-lum. Il-kolonna hija ta' kulur griz jew irham abjad u iswed, gholja pied u nofs u pied diametru fil-qiegh u tmien pulzier fuq in-naha ta' fuq, fejn cirku tal-hadid kien imwahhal biex mieghu jintrabtu l-prugunieri. 


 Xi uhud jahsbu li hija biss il-bicca ta' fuq imsemmija minn San Girolmu; imma ohrajn, jzommu bi probabilta' li dik hija l-kolonna shiha ghaliex ma jidhirx li hemm xi marki ta' ksur. Il-Lhud kienu jsawtu lill-kriminali l-ewwel fuq daharhom, imbaghad hafna drabi fuq zaqqhom u anke fuq iz-zewg nahat, li jidher li dan kien il-metodu wkoll uzat mir-Rumani .