il-gimgha mqaddsa

Serpent tal-bronz imwaqqaf bl-ordni t'Alla kien jehles lil dawk li kienu biss iharsu lejh mill-gidma ghall-mewt tas-sriep tan-nar. Dan kien figura ta' Kristu kurcifiss b'interpretazzjoni awtentika. Issa jekk tant qawwa mill-figura, x'hemm immela mir-realta?   


Inharsu ahna wkoll, migdumin minhabba d-dnub, lejn is-serpent tal-hajja mqieghed ghalina fuq il-kalvarju biex permezz tieghu nehilsu ruhna mill-mewt ta' dejjem, kif diga kienu mehlusin hutna l-qaddisin li harsu lejh, studjawh u mxew kuragguzi fuq it-taghlim li hadu minnu.   


Alla l-Missier ighid: "Dan hu l-iben mahbub tieghi li jien bih tghaxxaqt. Lilu isimghu."   


Alla l-Kelma eterna inkarnata jghid: "Wiehed hu l-Imghallem taghkom, Kristu."   


Alla l-Ispirtu s-Santu li tkellem b'fomm il-profeti u permezz ta' figuri qal: "Mose ghamel is-serpent tal-bronz u qieghdu b'sinjal li meta lejh kienu jharsu dawk li kienu migduma kienu jfiqu."   


Il-Prekursur indikah: "Ekku l-Haruf t'Alla, ekku li jnehhi d-dnubiet tad-dinja."   


Il-Kullegg Apostoliku: "Ahna nippriedkaw lil Kristu Msallab, ghal-Lhud skandlu u ghall-pagani bluha."   


Is-Santi Padri fosthom Santu Wistin: "Sabiex inkunu mfejqin mid-dnub, inharsu lejn Kristu Msallab."   


Il-Knisja fir-riti sagri taghha ppreskriviet il-kurcifiss f'nofs kull altar, tifhem b'hekk li tghid lill-fidili: "Dan hu l-mudell u l-Imghallem taghkom." Ikun immela ghalina wisq ghaziz dan il-Ktieb tassew kbir ghar-raguni ta' l-awtur u tat-taghlim f'pagni ta' hajja eterna.