il-gimgha mqaddsa

IL-KTIEB TAL-HAJJA TA' DEJJEM

L-iktar gheziez -  
Noqghodu fuq il-Kalvarju quddiem Kristu Gesu Msallab hdejn Marija Santissma Ommu, u niehdu minnu taghlim tal-hajja eterna.   


v. Kristu Sultan Imsallab  
r. Ejjew Nadurawh


L-iktar gheziez -   


Itfghu ghajnejkom fuq l-Imghallem Divin taghkom u aqraw:


IL-KTIEB TAL-HAJJA TA' DEJJEM


Infatti Gesu Kristu miet ghalina fuq is-salib biex jifthilna l-genna u jehlisna mill-infern. Kieku mal-mewt jispicca kollox bhalma tintefa xemgha, x'ragun kien ikollu li jmut ghalina dan Kristu, ragel approvat minn Alla bil-mirakli u bil-virtujiet u minnu ddikjarat b'Feddej taghna?


Taghlim fuq din il-Pagna


1. Is-sens komun naturalment jammetti l-hajja ta' dejjem mix-xewqa ta' l-immortalita u mill-abbuz tal-hziena fil-liberta.


2. Kristu qal fil-parabbola li Lazzru kien igawdi fi hdan Abram wara mewtu u li l-ghani kien ibati midfun fil-fjammi eterni. 


3. L-istorja taghti xhud fuq il-hajja eterna mid-dehriet approvati ta' mejtin, fosthom ta' min isemmi dik ta' Pietru Myles. 


4. Ir-ruh taghna hija immortali ghax sustanza spiritwali u mzejna bil-liberta minhabba r-raguni tal-premju jew tal-kastig.


Proponiment


Nipproponu illi nqawwu l-fidi taghna u nwarrbu l-wahx tal-mewt li permezz taghha nidhlu bil-hniena t'Alla fil-patrija tas-sema.