il-gimgha mqaddsa

IL-KURAGG FIS-SERVIZZ TA' ALLA

L-iktar gheziez -

Noqghodu fuq il-Kalvarju quddiem Kristu Gesu Msallab hdejn Marija Santissma Ommu,   u niehdu minnu taghlim tal-hajja eterna.

v. Kristu Sultan Imsallab  
r. Ejjew Nadurawh

L-iktar gheziez -

Itfghu   ghajnejkom fuq l-Imghallem Divin taghkom u aqraw:

IL-KURAGG FIS-SERVIZZ T'ALLA
 
Infatti Gesu Kristu, veru ljun tat-tribu ta' Guda, quddiem il-wahx tal-mewt baqa' jsostni dak li ghallem u ma ngibidx mit-temmija tal-volonta t'Alla, anzi ggudikaha haga ta' glorja kbira li jmut vittma taghha b'disprezz veru u serju ta' kull tama li tista tohrog minn din id-dinja fiergha u qarrieqa.
 
Taghlim fuq din il-Pagna
 
1. Il-kuragg huwa mehtieg ghalina fis-servizz t'Alla minhabba gibdiet hziena naturali taghna nfusna ghall-istima, ghat-tpaxxija u ghall-ghana.

2. Il-kuragg huwa mehtieg ghalina fis-servizz t'Alla minhabba l-mibeghda ta' l-ispirti infernali li jahqru lill-qaddisin.

3. Il-kuragg huwa mehtieg fis-servizz t'Alla fuq il-kelma ta' Kristu: "L-ghedewwa tal-bniedem niesu." (Mt 10;36)

4. Quddiem zewg oggetti ta' biza' inegwali l-qalb tahrab l-akbar. Il-biza' mmela tal-pwieni eterni jehtieg jeghleb dak tal-mewt u ta' kull deni temporali.

Proponiment

Nipproponu illi niddisprezzaw kull biza' temporali, perswazi li la hajjin, lanqas mejtin, ma naharbu l-id ta' dak li jista' kollox li hu blata ferma ghal dawk li jibzghu minnu.