il-gimgha mqaddsa

IL-LIZAR TA' KRISTU (L-EWWEL PARTI)


Il-Vjagg tal-Lizar Imqaddes. (1)      


Wahda mill-iskoperti li qanqlet interess kbir u li ghadha tahkem bil-kurzita' lil bosta nies ta' xjenza u ohrajn, huwa l-Lizar ta' Turin. Dan id-drapp tant affaxxinanti u li jqanqal tant reverenza huwa c-centru ta' tant kontroversja u opinjonijiet li tqanqlu tul bosta snin. Il-Lizar huwa meqjus bhala dak l-istess Lizar li fih is-Salvatur u Feddej taghna Gesu' Kristu kien imkebbeb fih wara li huwa miet dik il-mewta kiefra tas-salib u qabel ma huwa gie midfun. Jezistu hafna dokumenti li juru l-ezistenza tieghu sa minn jum il-qawmien ta' Kristu. Sfortunatament ma hemmx kontinwita' f'dawn id-dokumenti u hemm bosta snin bejn document u iehor nieqsa.      

Il-lizar ghandu l-bidu tieghu gewwa Gerusalemm L-erba' vangelisti jsemmu li Gesu kien imkeffen fl-lizar.      

U kien hemm wiehed, jismu Guzeppi, membru tal-Kunsill, imma ragel tajjeb u gust li ma kienx qabel mal-membri l-ohra f'dak li riedu u ghamlu. Kien mill-belt ta' Arimatija fil-Lhudija, u kien jistenna s-Saltna ta' Alla. Dan mar ghand Pilatu u talbu l-gisem ta' Gesù; nizzlu mis-salib, keffnu f'lizar, u qieghdu f'qabar maqtugh fil-blat, li fih kien ghadu ma tqieghed hadd. Dak in-nhar kien jum it-Thejjija, u s-Sibt kien ga dahal. In-nisa, li kienu gew mill-Galilija ma' Gesù, marru wara Guzeppi u raw il-qabar u kif kien tqieghed il-gisem; imbaghad regghu lura u hejjew il-fwejjah u l-ungwenti. Is-Sibt ghaddewh fil-mistrieh, skond il-precett tal-Ligi. ( San Luqa Kap 23 vers 50 -56)      

Kien ga sar filghaxija, u billi kien jum it-Thejjija, jigifieri lejlet is-Sibt, Guzeppi minn Arimatija, membru maghruf tal-Kunsill, li hu wkoll kien jistenna s-Saltna ta' Alla, ghamel il-hila, dahal quddiem Pilatu u talbu l-gisem ta' Gesù. Pilatu staghgeb li kien ga miet; baghat ghac-centurjun u staqsieh jekk kienx ilu li miet. Meta mbaghad sar jaf minn ghand ic-centurjun, ta l-gisem ta' Gesù lil Guzeppi, u dan xtara lizar tal-ghazel, nizzel 'il Gesù mis-salib, keffnu fil-lizar, u qieghdu f'qabar imhaffer fil-blat; imbaghad gerbeb gebla fid-dahla tal-qabar. Marija ta' Magdala u Marija omm Gozè qaghdu jaraw fejn tqieghed. (San Mark Kap 15 vers 42 -47)      

Wara dan, Guzeppi minn Arimatija, li kien dixxiplu ta' Gesu' bil-mohbi ghax beza' mill-Lhud, mar talab ‘il Pilatu biex jiehu l-gisem ta' Gesu'. Pilatu hallieh, u hu gie u ha l-gisem tieghu. Gie wkoll Nikodemu, dak li qabel kien mar ghand Gesu' bil-lejl, u gieb mieghu tahlita ta' morr u sabbara, tizen xi mitt libbra. Dawn hadu l-gisem ta' Gesu' u gezwruh fil-ghazel bil-fwejjah, kif soltu jaghmlu l-Lhud qabel id-difna. Fejn kienu sallbu ‘l Gesu' kien hemm gnien, u f'dan il-gnien kien hemm qabar gdid li fih hadd kien ghadu ma tqieghed. Hemm qieghdu ‘l Gesu'; ghax kien jum it-Thejjija ghal-Lhud, u ghax il-qabar kien fil-qrib.( San Gwann Kap 19 vers 38 -42)      

X'hin sar fil-ghaxija, gie ragel, ghani, minn Arimatija, jismu Guzeppi, li hu wkoll kien sar dixxiplu ta' Gesù; mar ghand Pilatu u talbu l-gisem ta' Gesù u mbaghad Pilatu ordna li jinghatalu. Guzeppi ha l-gisem u keffnu f'lizar nadif, qieghdu fil-qabar gdid tieghu li kien haffer fil-blat, u gerbeb gebla kbira fid-dahla tal-qabar, u telaq. Izda Marija ta' Magdala u Marija l-ohra baqghu hemm bil-qieghda biswit il-qabar (San Mattew Kap 27 versi 57 - 61)      

Pietru u Gwanni, it-tnejn dixxipli ta' Kristu zaru l-qabar il-Hadd filghodu u sabu li l-gisem ta' Kristu li Guzeppi d'Armatea u Nikodemu flimkien ma xi rgiel ohra difnu, kien gheb ghal kollox. Madankollu l-kefen kien ghadu hemm. Giovanni jiddeskrivi li l-lizar li fih kien kebbeb lil Gesu' kien mitwi ghalih wahdu. (San Gwann Kap 20)      

Kien l-ewwel jum tal-gimgha, filghodu kmieni kif kien ghadu d-dlam, u Marjam ta' Magdala giet hdejn il-qabar u rat il-blata mnehhija mill-qabar. Ghalhekk telqet tigri ghand Xmun Pietru u ghand id-dixxiplu l-iehor il-mahbub ta' Gesu', u qaltilhom: "Qalghu l-Mulej mill-qabar, u ma nafux fejn qeghduh."      

Pietru u d-dixxiplu l-iehor hargu u gew hdejn il-qabar. It-tnejn grew flimkien, imma d-dixxiplu l-iehor haffef aktar minn Pietru, u lahaq qablu hdejn il-qabar. Tbaxxa, u ra l-faxex tal-ghazel mixhutin hemm, izda ma dahalx. Imbaghad wasal warajh Xmun Pietru, dahal fil-qabar, u ra l-faxex tal-ghazel mixhutin, u l-maktur li kien madwar rasu; dan ma kienx mal-faxex, imma mgezwer u mixhut ghalih.       Imbaghad id-dixxiplu l-iehor, li kien wasal l-ewwel hdejn il-qabar, dahal hu wkoll, ra, u emmen.       Sa dak in-nhar kienu ghadhom ma fehmux l-Iskrittura li kienet tghid li kellu jqum mill-imwiet. (San Gwann Kap 20 versi 1-9).  
   

Aktar dokumentazzjoni fuq il-Lizar ta' Kristu tieqaf hawn izda t-tradizzjoni tispjega li dixxiplu ta' Kristu jismu Guda ta' Taddew mar minn Gerusalemm ghal Edessa li l-lum hija Urfa fit-Turkija biex jfejjaq lil Abgar V li kien il-hakem ta' din il-belt u li kien marid probabilment bil-gdiem. Dan il-hakem kien sema' bil-mirakli ta' Kristu u baghatlu messagg biex jakkwista l-fejqan. Izda il-messagg wasal meta Kristu kien ga kien tela' s-sema. Ghalhekk l-appostli baghtu lil Guda ta' Taddew bil-lizar ta' Kristu biex jipprokuralu l-fejqan. Il-hakem fieq u kkonverta hu u mieghu hafna ohrajn. Il-Lizar baqa' maghruf bhala l-"Lizar ta' Edessa."      

Fis-sena AD 50 Abgar miet, u lahaq warajh ibnu li dar lejn il-paganezmu. Hu seta' kien il-kawza principali li l-insara sfaw fix-xejn ghax qajjem persekuzzjoni kontrihom. Xi hadd heba' dan il-Lizar ta' Edessa gol-hitan tal- bibien tal-belt biex dan ma jkunx meqrud.      

U l-Lizar baqa' mohbi minn ghajnejn in-nies sas-sitt seklu meta waqt tiswijiet fil-hitan tal-belt wara terremot instab mill-gdid. F'dan iz-zmien il-komunita' nisranija regghet giet stabbilita u l-Lizar ta' Edessa kien imqieghed b'venerazzjoni fil- knisja ewlenija.
     

Edessa kienet fit-territorju mirbuh mill-Mislem, imma l-Arab ma ghamlulhu ebda hsara ghax kienu jonoraw lil Gesu' bhala wiehed mill-profeti. Il-Lizar kien meqjus f'dawk iz-zminijiet bhala xbiha mirakuluza u mhux il-kefen ta' Kristu      

Fis-sena AD 943, l-Imperatur Bizantin Romanus Lecapenus ried igibu f'Kostantinopli. Ipperswada lil Emir Musulman biex jaghtihulu bil-weghda li Edessa tkun mehlusa minn kull attakk ghall-gejjieni. Din kienet grajja providenzjali ghaliex mitejn sena wara Edessa kienet misruqa mit-Torok li garrew kull ma sabu maghhom u zgur li l-Lizar kien isib xorti hazina.  
   

Dokumenti ta' min joqghod fuqhom jezistu u juru li l-Lizar kien ippreservat ghall-qima fit-8, 9' u 10 seklu fil-knisja ta' Santa Elena. Dan kitbu Robert de Clari membru ta' wahda mill-Krucjati li fis-sena 1203 kiteb fid-djarju tieghu, li fil-knisja ta' Santa Elena gewwa Kostantinopli, kien hemm mizmum b'qima kbira l-Lizar ta' Kristu u li kien ikun espost ghall-qima tan-nies kull nhar ta' Gimgha.      

Fis-sena 1204 waqt il-gwerra li hakmet lil Kostantinopli, il-Lizar ta' Kristu gheb u fi kliem Robert de Clari " la Griek, u anqas Franciz ma kienu jafu d-destin tieghu." Wara seklu, familja go Franza li kienet iggib l-isem ta' Geoffrey de Charny, habbret li kellha fil-pussess taghha l-Lizar ta' Kristu. Fis-sena 1357 l-ewwel esposizzjoni tieghu saret gewwa Lirey fi Franza izda l-isqof Henry ta' Poitiers ghamel stqarrija li dak kien falz ghaliex hu hass li kienet haga mpossibli li din l-familja li ma kellha ebda fama, bhal ma kienet dik ta' Charny, setghet qatt tigi fil-pusses ta' relikwija hekk prestigjuza. Dan l-argument ta' dan l-isqof kien uzat minn dawk li dejjem irrifjutaw li jemmnu fl-awtenticita' tieghu u biex jippruvaw li dak kien xoghol ta' xi artist bravu hafna.      

Minhabba f'hekk gie merfugh u dam mohbi ghal 32 sena.      

Il-Lizar ta' Kristu sab ruhu mbaghad propjeta' ta' Duka ta' Savoja fl-Awstrja li imbaghad hadu gewwa Chambrey fl-Ingilterra fejn baqa' sas-sena 1578. Hemm il-Lizar ta' Kristu heles minn nirien kbar . Wara nsibuh li ngarr f'Turin fejn ghadu sal-gurnata tal-lum. Minn hawn wkoll fis-sena 1997 heles minn nirien kbar li hakmu l-post fejn kien merfugh. Kien l-ex re ta' l-Italja Umberto di Savoja, li kien il-propjetarju tieghu li fit-testment tieghu hallieh lil Vatikan. (1983)  
   

Il-Lizar ta' Kristu sa April tas-sena 1997 kien mizmum fil-Kappella tal-Lizar Imqaddes fil-Katedral ta' San Gwann il-Battista gewwa Turin. Kien fil-11 ta' April 1997 meta il-kappella giet distrutta bin-nar imma l-erozimu ta' nies kontra in-nar salvawh minn distruzzjoni totali.      

Urew bravura kbira meta shab Mario Trematore nizzlu gol-kappella fgata bin-nar u fost debri jaqbad u niezel madwaru sab fejn kien merfugh ir-relikwarju. Huwa uza mazza biex kisser erba saffi ta' hgieg " bulletproof" li kienu jipprotegu l-kaxxa tal-fidda li kellha fiha l-Lizar Imqaddes. Hekk kif irnexxilu jsalvaha u hareg barra l-kappella huwa intilef minn sensih. Wara stqarr: "Alla tani s-sahha biex inkisser il-hgiega."    
 

Il-Lizar ta' Kristu jew kif inhu wkoll maghruf il-Lizar ta' Turin ghadda minn avventuri kbar u minn disastri izda dejjem helisha bi ftit hsara biex jibqa' maghna u jfakkarna fit-tbatija ta' xbiha li hemm stampata fuqu.      

Ix-xjenzjati u l-awtenticita' tieghu. (2)      

Matul is-sekli kull min ra l-Lizar ta' Turin kellu jifforma opinjoni tieghu jew jemmen l-opinjoni ta' haddiehor u jasal ghall-konkluzzjoni rigward jekk hux awtentiku jew falz. Imma l-bniedem mexa' hafna ‘l quddiem fix-xjenza , u dak li l-bierah kellu jkun spjegat bi kliem l-ghorrief, il-lum kellu jkun ippruvat bix-xjenza. L-istqarrija ta' l-Isqof Henry ta' Poitiers kienet accettata u kellu r-ragunijiet tieghu ghala qal hekk. Ma kien hemm ebda mod iehor biex tipprova l-kuntrarju. Il-lum nistghu noffru argument tajjeb hafna biex nohduha kontra dak ta' l-Isqof Henry. U dan gara ghaliex bniedem kurjuz ghal-ahhar talab permess biex jiehu ritratt tal-Lizar Imqaddes.    
 

Kienet is-sena 1898 u l-Lizar Imqaddes kien espost ghall-qima ta' l-insara fil-Katedral ta' Turin. Fotografu, Secondo Pia, li kien avukat kellu l-fotografija bhala mghodija taz-zmien. Dan ha ritratt tal-Lizar Imqaddes u b'ghageb kbir tieghu ra li fuq il-pellikola flok hareg in-negattiv kellu xbiha posittiva. Minhabba li kellu posittiva, ix-xbiha kienet aktar cara. Seta' jara kull dettal. Minn dak in-nhar l-Lizar mhux biss kotrot lejh id-devozzjoni tan-nies izda sar oggett ta' l-ezami ta' hafna xjenzjati.      

Bizzejjed wiehed jghid li matul l-erba snin li gew wara, jigfieri mis-sena 1898 sas-sena 1902 inkitbu ‘l fuq minn 3500 ktieb u artikli fuq dan is-suggett fl-Ewropa.      

Grupp ta' xjentisti fl-Universita' ta' Sorbonne gewwa Parigi riedu jaghtu verdett fuq il-Lizar u r-ritratti ta' Signor Pia. Il-Prof Yves Delage, xjentist ta' fama kbira u Paul Vignon , bniedem li jistqarr li ma kien jemmen b'xejn kienu nkarigati li jaghmlu ezami xjentifiku. Sena u nofs wara hareg ir-rizultat; il-Lizar kien oggett awtentiku. Ghal min kien kuntrarju ghar-rapport tal-Profs Delage, huwa wiegeb hekk: "Li kieku flok Kristu kienet kwestjoni ta' xi wiehed mill-Farawni, hadd minnkom ma kien ser jogezzjona......Jiena naghraf lil Kristu bhala bniedem storiku u ma nara ebda raguni li xi hadd ghandu jiskandalizza ruhu li jezisti materjal li jipprova li hu kien tassew jghix fuq din l-art."  
   

Il-Lizar kompla jkun oggett ta' interess ghal-istorici, skulari bibblici u xjentisti, imma ma kienx qabel is-sena 1950 li qawmien ta' interess gdid rega' fegg . Bix-xjenza daqshekk avvanzata, ghaliex ma kellux jigi sottopost ghal interventi godda biex jigi stabbilit darba ghal dejjem l-awtenticita' tieghu?      

Minn hafna ezamijiet li saru, hargu hafna dikjarazzjonijiet fuq l-awtenticita' tieghu.      

Hemm veru demm uman fuq il-lizar.      

Il-"Pollen" li gie estratt mid-drapp jidher li jpoggi lill-Lizar ezattament fil-postijiet geografici li kien.      

Ghat-teorija li seta' kien xi tpingija, ebda zebgha ma instabet fuq id-drapp. Il-figura fuq id-drapp hija ta' natura trideminsjonali li sa dak iz-zmien hadd kien ghadu qatt ma sabha fix-xoghlijiet ta' l-arti; ix-xjentisti skoprew li d-densita' tax-xbiha tvarja skond id-distanza bejn id-drapp u l-partijiet tal-gisem tahtu. Minhabba din ir-relazzjoni x-xjentisti kienu kapaci joholqu xbiha trideminsjonali tar-ragel imkeffen fil-lizar.      


Hemm ukoll oggett fuq l-ghajn attribwit lil munita li iggib l-iskrizzjoni ta' l-Imperatur Tiberju Cesare.      

Ir-ragel tal-Lizar ghandu l-istess marki tal-passjoni li garrab Kristu kif deskritti fl-Evangelju.      

‘L fuq minn ghoxrin test xjentifiku maghmulha fuq il-lizar kollha jippuntaw l-istess konkluzjoni: li d-drapp hu ta' origini antika, li hu kefen, li r-ragel li fih kien imkebbeb dam biss ghal periodu qasir qabel ma l-gisem seta' jibda jikkorrompi ruhu. Il-gisem kien imnehhi minnu minghajr ma sar xi hsara lil gisem innifsu jew lid-drapp.      

Minhabba dawn it-testijiet li kollha kellhom rizultat pozitiv,ix-xjentisti qalu: "Ghaliex ma npoggux lill-Lizar taht it-test Carbon - 14?"      

L-awtorita' tal-Knisja, dejjem xewqana li tikxef il-verita' kollha, minkejja li l-Lizar la jzid u anqas inaqqas il-fidi Kattolika, qablet li isiru l-ezamijiet mehtiega fuq bicca zghira tad-drapp. Hafna xjentisti qablu li dan l-ezami qatt ma seta' jkun konkluziv minhabba li l-Lizar kien espost ghal hafna kontaminazzjoni. L-ezami baqa' sejjer u r-rizultat kien li id-drapp jasal sa madwar is-sena 1350.      

Kien hemm min ma kienx sodisfatt u l-lum dawk interessati fil-Lizar qed isostnu li ghandu jerga' jsir ezami iehor aktar accettabli lid-drapp, minhabba li dan kien espost ghan-nirien u ghadda minn hafna idejn.      

Ta min hi x-xbiha li hemm fuq il-lizar? (3)      

Kull bniedem tat-triq li jara l-Lizar ta' Turin, jaqbel fuq haga wahda: li fuq il-Lizar hemm xbiha ta' ragel. Ix-xjenza taqbel li dan ir-ragel ghandu madwar 30 - 40 sena, twil 5.7 piedi u miet mewta vjolenti hafna. Xi uhud ghadhom jahsbu li dan hu xoghol ta' pittura minn artist bravu hafna, imma din it-teorija hija assurda ghaliex hadd fit-13 il-seklu ma kellu taghrif storiku bizzejjed ta' kif kienet tinghata l-mewt tal-krucifissjoni u inqas u inqas it-taghrif mediku ta' kif id-demm johrog minn gerha qabel wiehed imut jew wara li wiehed imut.      

L-ewwel daqqa t'ghajn lejn il-Lizar turina forma ta' gisem uman li bata' mewta krudila hafna. Imma din ix-xbiha ta' min hi? Kif nistghu nghidu li hi ta' Kristu Gesu' u mhux ta' xi bniedem iehor bhal per ezempju ta' wiehed mill-hallelin li kien mislub ma' Kristu. Din hija mistoqsija tqila biex insibu twegiba ghaliha fir-rigward tal-Lizar.      

Kull min kien ra l-Lizar qabel il-fotografija ta' Signor Pia kien ixebbah lill- figura fuq il-Lizar lil Kristu fuq dak li kien jisma' mit-tradizzjoni. Izda issa li n-nies bdiet tara dak li il-fotgrafija kienet qed toffri, il-poplu kien qed ikun iffacjat b'realta' gdida. L-istampa tant kienet qed tizvela anatomija preciza ta' dan ir-ragel li kien jixbah f'kull haga lil dak ir-ragel deskritt fl-evangelju bhala li kien giet ifflagellat, inkurunat bix-xewk u fl-ahhar imsallab ma' salib.      

L-esperti tal-medicina fosthom Judica Cordiglia poggew flimkien id-dettalji li qraw mix-xbiha ta' fuq il-Lizar u qabbluhom mad-dettalji tal-krucifissjoni ta' Kristu kif naqrawhom fl-Evangelju. Sabu li bejnithom hemm armonja tant ezatta li dak il-bniedem fuq il-lizar ma hu hadd ghajr Gesu' Kristu.      


Zewg dettalji jindikaw li x-xbiha hi ta' Kristu u ebda persuna ohra. Wahda hija il-kuruna tax-xewk li poggewlu fuq rasu biex jirredikolawh. Ma hemm ebda evidenza storika li din il-haga kienet uzata fuq persuna ohra. It-tieni punt hu l-importanza ta' dan ir-ragel. Tant jidher li kien importanti li l-familjari tieghu, hbiebu ippreservaw il-lizar tal-kefen bhala tifkira, minkejja li fuq d-drapp kien hemm evidenza tal- mewt tat-tislib, l-aktar tortura ta' ugigh u umiljanti. Ghal appostli, Kristu ma kienx mejjet izda haj.      

Wara l-qawmien tieghu mill-mewt l-Apostli mxew u ghexu mieghu ghal erbghin jum. L-ewwel nsara ma kienux jisthu mill-krucifissjoni ta' Kristu l-imghallem taghhom anzi fiha kienu jaraw sinjal tal-Fidwa. Ghall-Lhud drapp ta' kefen kienet haga impura u mahmuga u destinata biex tinharaq, izda mhux hekk ghal insara li fi Kristu ma kienux jaraw "bniedem" izda "Iben Alla" li miet ghal dnubietna u qam mill-imwiet.      

Il-Lizar ta' Kristu? (4)      

Sa minn dak iz-zmien meta l-Lizar ta' Kristu beda jitqies bhala relikwija, il-poplu beda jhares lejh b'ghajnejn ta' fidi u jara x-xbiha tar-ragel li bata' bhala li kienet il-figura ta' Gesu'. Kien fis-sena 1898 meta Signor Pia ha ritratt tal-lizar li fuqu kien jinghad li keffen lil Gesu' wara mewtu. Ir-ritratt beda jisvela it-tezori mohbija tieghu.      

Signor Pia kien l-ewwel wiehed li ra il-fattizi veri ta' Gesu'. L-iskoperta tieghu rrevulozzjonat il-hsieb li wiehed kien jaccetta t-twemmin tradizzjonali fuq ir-ragel tal-Lizar. Dak l-ewwel ritratt qanqal interess enormi fost in-nies li jemmnu u dawk li ma jemmnux.      

Dak in-nhar Signor Pia kien qed ihares lejn negattiva, izda fuqha kellu xbiha posittiva. Tajjeb li nispjegaw aktar fuq din il-haga minghajr ma nidhlu wisq fid-dettal tal-fotografija.      

Nafu li meta wiehed jiehu ritratt il-pellikola jkollha xbiha negattiva jigifieri l-valuri tad-dawl jigu maqlubin fuqha u allura fejn suppost jidher id-dawl il-pellikola turi dlam u fejn suppost ikun hemm id-dlam il-pellikola turi d-dawl. Imma Signor Pia fuq il-pellikola tieghu kellu xbiha posittiva. Kulhadd stghageb b'dan il-fatt, kif xbiha negattiva iffurmat fuq id-drapp.      
Ghalkemm il-Lizar kien imhares seww matul is-sekli, il-Lizar juri hafna marki ta manigar. Il-Lizar kien imqieghed go relikwarju tal-fidda fiz-zmien li dam gewwa Chambrey fejn fl-4 ta' Dicembru tas-sena 1532 kien hemm nar. Il-relikwarju inhataf mill-fjammi u qabel ma setghu jnehhuh xi ftit mill-fidda dabet u waqghet fuq il-lizar u harqet toqba fih.      

Hekk kif wiehed ihares lejn il-Lizar, wiehed jinnota li tul ix-xbiha hemm dabriet bojod u ohrajn suwed - kollha rizultat tan-nar li ma qered ebda parti mill-xbiha tal-gisem. Il-Lizar ghandu zewg xbihat, dik ta' quddiem tal-gisem u l-ohra il-parti tad-dahar.      

Meta nizzlu lil Gesu' minn fuq is-salib meddewh fuq il-lizar u n-nofs l-iehor tal-lizar ghattew il-parti ta' quddiem tal-gisem, hekk li meta tiftah il-lizar kollu wiehed jista jara iz-zewg nofsijiet tal-gisem maghquda fir-ras.      

Il-Lizar huwa drapp li hu 14.7 pied u 4 piedi wiesgha. Huwa maghmul minn ghazel pur u ghandu hadma ssikata. Il-kondizzjoni tieghu hija tajba; id-drapp huwa flessibli u artab u ftit itqal mid-drapp ta' qmis. Ghalkemm ix-xbiha fuq il-Lizar hija meravilja wisq aktar hi ta' meravilja dak li jipriedka l-Lizar fuq it-tbatija ta' Kristu Gesu' Biex nifhmu aktar dak li jidher fuq il-Lizar induru lejn dak li evangelju jghidilna.      

Il-Kelma siekta tal-lizar (5)      

Id-Daqqa ta' Ponn u l-Flagellazzjoni      

Wara li Gesu kien arrestat fil-Gnien tal-Getsemani u migjub quddiem il-Qassis il-Kbir, Gesu kien mistoqsi jekk kienx il-Messija. Ghat-twegiba tieghu, wiehed mill-qaddejja tah daqqa ta' harta fuq Wiccu. Il-Lizar juri li l-haddejn tal-lemin ghandha nefha, risultat ta' daqqa ta' ponn f'xi hin tal-process li Gesu' kellu jghaddi minnu quddiem il-Qassis il-Kbir, Erodi u Pilatu.      

Wara li l-Qorti Lhudija kkundant lil Kristu ghall-mewt, l-awtorita' haditu quddiem Pilatu biex jikkonferma s-sentenza taghhom. Pilatu mill-ewwel induna li Gesu' kien vittma ta' fanatizmu religjuz u ipprova jsib mezz biex jehilsu. Meta kollox fallielu hu baghtu biex ikun imsawwat bit-tama, haseb hu, li meta il-poplu jarah ikkastigat, ikun jista jilliberah.      

Il-flagellazzjoni Rumana kienet ferm aktar harxa minn kif il-Lhud kienu jamministraw dan il-kastig.      

Waqt li l-ligi Lhudija kienet tispecifika li l-prigunier ghandu jinghata 40 daqqa nieqes wahda, ghar-Rumani din il-kwota ma' kienetx tezisti u gieli prigunieri mietu wara' l-ammont ta' demm li tilfu waqt il-flagellazzjoni. Normalment kien ikun suldat wiehed li jsawwat lil pruginier izda seta' kien ikun hemm zewg suldati wiehed kull naha. Fil-kaz ta' Gesu' kienu tnejn kif jixhed sewwa il-Lizar. Il-flagellazzjoni kienet tkun amministrata minn zewg manigoldi. Il-prigunier kien jitnezza u jintrabat mill-polzijiet ma' kolonna b' idejh fil-gholi. Il-manigoldi kienu jsawwtu lil prigunier minn zewg nahat bi strixxi tal-gild ohxon b'zewg bicciet comb u ghadam fit-truf. Ghall-ewwel jidhru biss tbengil blu taht il-gilda. Wara' ftit it-tbengil jinfethu u bicciet tal-gilda jaqbdu mac-comb u ohrajn jiddendlu mal-gisem. Il-forza tibda tonqos, gharaq kiesah ixoqq ghal bniedem u rasu ddur bih. Ir-riglejn icedu u kieku ma' jkunx marbut jispicca jaqa' mal-art. Fil-flagellazzjoni Gesu' tilef ammont kbir ta' demm.      

Hekk kif wiehed jhares lejn dahar il-vittma fuq il-Lizar wiehed jinnota numru ta' dbabar suwed mill-ispallejn li jibqghu nizlin sar-riglejn. Dawn huma id-daqqiet bil-flagell. Tant huma dettaljati li hu possibli li wiehed jghid liema tip ta' flagell intuza.      

Mill-angoli tad-daqqiet tal-flagelli jidher li kien hemm zewg manigoldi jsawwtu lil Gesu'. Dak tan-naha tal-lemin kien jidher li kien krudil ghaliex id-daqqiet fuq tan-naha tal-lemin fuq l-ispallejn u r-riglejn huma severi, filwaqt li tan-naha tax-xellug jidher li kien inqas iebes u kattiv ghaliex id-daqqiet huma inqas severi. Dr Barbet jghodd ‘l fuq minn 120 daqqa fuq il-gisem kollu ta' Gesu'.      

Meta s-suldati waqfu mill-flagellazzjoni, ma' hemmx dubju li Kristu kien miksi kollu dmija minn rasu sa saqajh. Meta hallewh mill-irbit, probabilment waqa' fl-art ghajjien u migugh bla tarf u seta' baqa' hekk ghal xi hin. Imbaghad gabar il-ftit sahha li kien fadallu biex jerga' jmur quddiem Pilatu u jerfa' is-salib.      

It-tabib Paul Vignon fl-istudji tieghu fuq il-Lizar, flimkien ma' Msgr Giulio Ricci u hafna ohrajn jasal ghall-konkluzzjoni li l-flagell kien dak bl-istrixxi tal-gild li fit-tarf tieghu kellu mdendel zewg bocci tal-metall li l-iskop tieghu kien li jnisslu ugieh fil-vittma biex dan jimmansa ruhu. Dan it-tip ta' flagell ma kienx iqatta l-gilda imma jikkawza ugiegh kbir hafna - dan hu dak li juri l-Lizar.      



IT-TIENI PARTI - IL-LIZAR TA' KRISTU