il-gimgha mqaddsa

Il-Kuruna tax-xewk (6)  

Fuq wicc u ras Gesu' jidher li kien hemm sinjali ta' abbuz u tortura.  

Jidher li d-demm nizel minn rasu ghal fuq wiccu. Hemm qtar tad-demm fuq in-naha ta' wara tar-ras. Sakemm il-Prokuratur jibghat ghall-prugunier, is-suldati kellhom xi ftit tal-hin liberu u riedu jiddiehqu bih. Kienu semghu li kien akkuzat li kien jghid li hu sultan.  

Sabu ghalhekk bicca drapp hamra u qegheduhielu fuq spallejh, tawh qazba u bdew isellmulu bhala sultan. Xi hadd giet f'mohhu l-idea orribli li jpoggilu kuruna biex tassew ikun sultan. Sabu xi xewk u dammewhom f'kuruna, u poggewhielu fuq rasu. Kienet qisha kappell. Biex ma taqalux rassewhielu ma' rasu. Kienu johdulu l-qazba minn idejh u jaghtuh biha fuq rasu biex b'hekk ix-xewk kien jidhol aktar ‘l gewwa. Dawn is-sinjali, il-Lizar kollha jurihom. It-toqob li ikkawzalu x-xewk jidhru cari fuq il-Lizar. Minnhom hareg demm li nizel ma' wiccu.  

Is-suldat tawh ukoll bil-ponn; ghajnu x-xellugija flimkien ma' haddejh juru nefha mid-daqqiet.  

Meta kien quddiem Pilatu Gesu' baqa' kalm u umli tant li Pilatu thawwad quddiem Kristu. "Ma tafx li jiena ghandi s-setgha li nehilsek u setgha li nikkundanak?," qallu Pilatu. Li ghaliha Gesu' wiegbu: " Ma kien ikollok ebda setgha li kieku din ma gietx moghtija minn fuq."  

Hekk hu l-bniedem (7)  

Il-prokuratur Ruman ipprezenta lil Kristu mill-gallarija. Kristu kien ghadu kemm ghadda mit-tbatija tas-swat u l-kuruna tax-xewk li kienet imdahhla seww go rasu kienet kawza li beda jqattar id-demm fuq wiccu u ghajnejh. Xtaq li jimsah dan id-demm, imma Gesu' ma setghax ghax idejh kienu marbuta. Il-lizar ma jitkellem xejn fuq ir-reazzjoni ta' Kristu d'dan il-mument, imma wiehed seta' jobsor x'kienet ir-reazzjoni tieghu. Kien qed jitlob lil Alla Missieru biex jaghtih is-sahha halli jixrob il-kalci sa l-ahhar qatra.  

LEJN IL-KALVARJU (8)  

Ghal darb'ohra l-Lizar jghidilna hafna xorti fuq dak li gara fi trieq lejn il-Kalvarju. Hu car li Kristu garr il-parti minduda tas-salib fuq spalltu u mhux is-salib kollu kif narawh fl-arti. Li kieku kien hekk kien ikun hemm xi tracci ta' feriti fuq il-wicc ta' wahda jew iz-zewg spallejn. Fuq wicc l-ispallejn hemm id-daqqiet tal-flagellazzjoni imma il-laham huwa ntatt. Imma fuq l-ispalla l-lemininja hemm roqgha kbira sewda. U roqgha ohra sewda, imma izghar fuq l-ispalla tax-xellug.  
Skond it-tobba dawk iz-zewg irqajja suwed huma zewg selhiet. Jinsabu fuq il-feriti tal-flagellazzjoni. Jidher li oggett tqil u wiehed raff kien marbut hazin ma' spallejh. Dan kien kawza li mill-gdid fethulu l-feriti tas-swat u ghamlulu tbengil iehor ma' li diga' kellu.  

Il-Lizar Imqaddes jipprova li Gesu' ma garrx is-salib komplut.  

Is-salib kien maghmul minn zewg bicciet ta' l-injam: il-bicca wieqfa msejha "stipes" u l-bicca orizzontali imsejha il "-patibulum". Il-persuna li kellha tkun misluba kienet iggorr biss il-patibulum. L-espressjoni tal-vangelu "igorr is-salib" kienet tfisser li jgorr biss il-bicca orizzontali. Ir-raguni hija li l-esekuzzjoni bit-tislib ma hija xejn hlief mewt permess tas-sospensjoni. Bniedem imdendel minn sigra, jew travu jghaddi basikament mill-istess tortura li fl-ahhar mill-ahhar imut mill-asfissija.  

Il-Mulej Gesu' garr il-patibulum marbut ma' dirghajh miftuhin u hu ghalhekk li l-ispallejn huma misluha hekk qawwija. Meta Gesu' waqa' (it-tradizzjoni tghidilna li waqa' tlett darbiet taht is salib) selah spallejh meta l-patibulum habat ma' l-art u hakk b'qawwa ma' spallejh. Il-patibulum kien jizen mal - 125 libbra filwaqt li s-salib kollu kien jizen mal- 325 libbra, toqol kbira biex jingarr minn bniedem. Is-suldati rabutulu habel biex ma jaghtux ic-cans li jahrab. Dan kellu skop doppju: l-ewwel biex ma jaghtix liberta' ta' moviment lil prugunier, li jibdel id-direzzzjoni jew jipprova jahrab; it-tieni biex is-suldati jkollhom kontroll tal-vittma tant li jwaqquh u jfixkluh fil-mixi. Gesu' kien dghajjef wisq mill-flagellazzjoni u ghalhekk sejhu lil wiehed mill-folla biex jghinu u jerfghalu s-salib. Ghalhekk Gesu' seta' waqa' bosta drabi.  

IL-KRUCIFISSJONI ( 9 )  

Darba wasal fuq il-Kalvarju Gesu' gie mitfugh fuq il-patibulum (il-parti minduda tas-salib li Xmun minn Cirene refa' hu flok Kristu biex jghinu jasal sal -Kalvarju), fethulu dirajgh u nifdulu l-polz b'musmar biex jehel ma' l-injama. Imsammar minn idejh it-tnejn Gesu' jigi merfugh ma' l-istipes (il-parti wieqfa tas-salib) li kienet diga imwahhla vertikalment fl-art biex issa saqajn Kristu kellhom jigu imsammra. Wiehed ma jistax jimmagina l-atrocita' tat-tislib, kemm kienet haga orrenda u ta' tbatija liema bhala. Izda ghar-Rumani din kienet haga ta' kuljum u imdorrijin ghaliha.  

Deskrizzjoni hafifa tal-krucifissjoni  

Bi tbatija kbira wasal sal-Golgota u tefghuh mal-art biex tibda l-krucifissjoni li kienet tigi amministrata minn nies specjalizzati. Il-libsa tnehhiet minn fuqu u peress li kienet imwahhla mal-feriti, d-demm rega beda' jcarcar. Gesu gie mkaxkar lejn il-parti l-wieqfa tas-salib (stipes) u l-feriti bdew jimtlew bit-trab. Dirajh gew miftuha fuq il-patibulum, il-bojja qabad musmar wiesa' madwar 8mm, poggieh fuq il-polz u b'daqqa wahda bil-martell nifed il-laham u mess mal-injama, b' daqqa ohra l-musmar wehel. Wicc Gesu' ]a dehera tal-biza. Sebghu il-kbir intlewa f'daqqa lejn in-naha tal-palma tal-id malli l-musmar mess in-nerv. Ugiegh insapportabbli inhass [o subghajh, tela' jigri go spalltu u baqa' ghaddej ghal go rasu. In-nerv ma' nqatax u baqa f' kuntatt mal-musmar. Tnejn min-nies qabdu l-patibulum li mieghu kienu msammrin idejn Kristu u ghollewh, l-ewwel bil-qeghda u wara' bil-wieqfa. Rabtu habel minn nofsu u tellghuh ma' li stipes. Ingastawh fil-post u l-gisem ta' Kristu baqa' mdendel biss fuq dirhajh. In-nervituri hadu skoss qawwi. Malli rabtu sewwa fuq, is-sieq ix-xellugija tpoggiet catta fuq is-salib u b'daqqa ta' martell il-musmar ghadda minn bejn l-ghadam. Dak illi kien qed jghin, lewa l-irkoppa l-ohra u l-bojja pogga s-sieq ix-xellugija quddiem il-leminija. Is-saqajn gew mizmuma u bit-tieni daqqa msammra mas-salib. Ix-xoffa t'isfel iddendelt u halqu baqa' nofsu miftuh. Il-guh u l-ghatx, kemm minhabba li tilef hafna demm u kemm minhabba li kien ilu ma' jiekol, bdew ihallu l-effett u Kristu talab sabiex jinghata jixrob. Is-suldat xappaplu xoftejh bil-hall. Wara ftit tal-hin il-muskoli ta' drieghu ingibdu, subghajh il-kbar tghawwgu u l-istess haga grat f'saqajh. Ghonqu beda jitghawweg u wiccu jikrieh. In-nifs naqas u mal-ftit arja li tidhol tinstema t-tisfira ta' mnifsejh. L-arja li tidhol ma' setghetx tohrog, wiccu sar ahmar u mbaghad jinbidel ghal vjola. In-nifs inqata' u beda' jifga, il-pulmuni ntefhu bl-arja ghax ma' jistghux jitbattlu. ixoqq l-gharaq ghalieh u ghajnejh tberrqu u qabzu l-barra. Bil-mod il-mod, Gesu' ghafas bi sforz kbir fuq il-musmar ta' saqajh, pprova jaghmel ftit tas-sahha, ingibed il-fuq, intrefa' u l-pulmun tbattal mill-arja u rega ha n-nifs. Gesu' ghamel sforz biex jitkellem ghal ta' l-anqas seba' darbiet. Dan il-process dam sejjer tlett sieghat shah sakemm Kristu lissen "Missier, fl-idejn Tieghek nerhi ruhi".  

Din hi biss deskrizzjoni hafifa tat-tbatija fizika li ghadda minnha Gesu' Kristu biex fdiena b'demmu kif inhi spjegata mit-tobba u kif deskritta fil-lizar.  
Kull jum ta' hajjitna ghandna nimmeditaw fuq din il-passjoni sabiex ahna wkoll inkunu kapaci nerfghu salibna u nimxu warajh.  

Xi uhud mis-suldati minghajr ma jinpurthom mit-tbatijiet tal-mislub, bdew jghaddu z-zmien fil-loghob tad-dadi. Ohrajn bhal ma kienu l-kapijiet tal-lhud bdew jiddiehqu bih u jwaqquh ghac-cajt.  

Meta wiehed ihares lejn ix-xbiha tal-lizar ta' Kristu jara li diraghajn Kristu huma msallbin wahda fuq l-ohra. Meta wiehed jifli l-idejn wiehed jinduna li n-numru tas-swaba huma erba u mhux hamsa. Ir-raguni hija li l-musmar ma kienx imsammar fl-id izda fil-polz. Wiehed jista' jara wkol is-sinjal tat-toqba tal-musmar. Ma kienx xi musmar ta' l-azzar, galvanizzat jew b'xi ponta. Kien musmar maghmul bl-idejn u ghaliex il-musmar mess in-nervituri, is-saba huwa migbud gol-palma ta' l-id. Ghalhekk jidhru biss erbat'iswaba flok hamsa. Is-swaba kollha jidhru xi ftit migbudin.  

GESU MINFUD (10)  

Il-Lizar ta' Kristu juru li Gesu' miet bl-asfiksja li kienet il-mewt ta' bniedem imsallab. Dan jikkonfermawh t-tobba.  


Minhabba li Gesu' miet fi zmien qasir, allura ma kissrulux sagajh kif kienu jaghmlu ma' dawk li kienu jkunu ghadhom hajjin fuq is-salib. Dan kien isir biex ihaffulhom il-mewt. Il-vittma ma kien ikollu ghajnuna biex joqghod ghal ftit wieqaf fuq saqjah halli jiehu in-nifs. Fil-kaz ta' Gesu' peress li kien diga mejjet tawh daqqa ta' lanza bhala konferma li hu ma ghadux haj aktar u allura Guzeppi minn Arimatea seta jiehu l-gisem ta' Gesu' ghad-difna kif hemm dokumentat fil-Vangelu ta' San Gwann.  

Il-Lizar juri din il-ferita fil-qalb. Xjentisti meta janalizzaw it-tebgha tad-demm madwar il-ferita jikkonfermaw li d-demm u l-ilma tassew hargu minn gemb Kristu. Dan hu evidenti minn numru ta' tbajja ta' demm ahmar qawwi, imdawwar qisu b'raggiera kawzata mill-ilma li hareg minn qalbu.  

Huwa ppruvat li dak li qal San Gwan fl-evangelju tieghu " li hareg demm u ilma" jikkorespondi mal-kundizzjoni medika ta' vittma li jkun miet fuq salib. Il-ferita tikkorespondi ma' dak li hu mistenni minn suldat li jaf kif ikun zgur lil vittma fuq salib ikun certament mejjet meta jigi mnizzel mis-salib.  

Il-Vangelu jaghtina din id-deskrizzjoni tad-difna ta' Gesu':   


[Mt:27:57] Xħin sar fil-għaxija, ġie raġel għani, minn Arimatija, jismu Ġużeppi, li hu wkoll kien sar dixxiplu ta' Ġesù; [Mt:27:58] mar għand Pilatu u talbu l-ġisem ta' Ġesù. Mbagħad Pilatu ordna li jingħatalu. [Mt:27:59] Ġużeppi ħa l-ġisem u keffnu f'liżar nadif, [Mt:27:60] qiegħdu fil-qabar ġdid tiegħu li kien ħaffer fil-blat, gerbeb ġebla kbira fid-daħla tal-qabar, u telaq.  
(Mattew Kap 27 Versi 57 -59)  


Hekk kif miet Gesu' dak li kien jinteressa d-dixxipli tieghu kien issa li jaghtuh difna xierqa. Dan kien dover ta' l-omm, imma Marija ommu, kienet pellegrina gewwa Gerusalemm u jista' jaghti l-kaz li ma kelliex mezzi biex tidfen lil binha. Kien ghalhekk li Guzeppi minn Arimatea u Nikodemu, it-tnejn dixxipli bil-mohbi tas-Sanedrin offrew din l-ghajnuna li zgur kienet apprezzata ferm minn Marija. Guzeppi talab u akkwista l-permess ghad-dfin, xtara lizar gdid (nadif) u offra il-qabar tieghu personali  

[Ġw:19:38] Wara dan, Ġużeppi minn Arimatija, li kien dixxiplu ta' Ġesù bil-moħbi għax kien jibża' mil-Lhud, mar u talab lil Pilatu biex jieħu l-ġisem ta' Ġesù. Pilatu ħallieh, u hu ġie u ħa l-ġisem tiegħu.[Ġw:19:39] Ġie wkoll Nikodemu, dak li qabel kien mar għand Ġesù billejl, u ġieb miegħu taħlita ta' morr u sabbara, tiżen xi mitt libbra.[Ġw:19:40] Dawn it-tnejn ħadu l-ġisem ta' Ġesù u kebbewh bil-faxex ta' l-għażel bil-fwejjaħ, kif soltu jagħmlu l-Lhud qabel id-difna.[Ġw:19:41] Fejn kienu sallbu lil Ġesù kien hemm ġnien, u f'dan il-ġnien kien hemm qabar ġdid li fih kienu għadhom ma difnu lil ħadd.[Ġw:19:42] Hemm qiegħdu lil Ġesù, għax kien Jum it-Tħejjija għal-Lhud, u għax il-qabar kien fil-qrib.  
(Giovanni 19 versi 38 -42)  

[Lq:23:55] In-nisa, li kienu ġew mill-Galilija ma' Ġesù marru wara Ġużeppi u raw il-qabar u kif kienu qiegħdu l-katavru;[Lq:23:56] mbagħad reġgħu lura u ħejjew il-fwejjaħ u l-mirra. Is-Sibt għaddewh fil-mistrieħ, skond il-preċett tal-Liġi.  
Luqa 23 versi 55 - 56)  


Ghaliex "lizar nadif?" Skond ir-regoli tal-Lhud kull kriminal kellu d-dritt ghal difna imma minhabba li l-kriminal kien ikollu fama pubblika hazina bhala sinjal ta' disapprovazzjoni il-lizar ma' kellux ikun nadif. Il-kelma nadif hawn ma jfissirx bla hmieg, izda religjosament nadif jew mhux kontaminat bl-uzu jew impuritajiet legali. L-istess regola kienet applikata ghall-qabar: il-qabar seta' ma kienx "nadif" jigifieri il-qabar kien ikun "mhux nadif" jekk persuna kienet diga midfuna hemm. Meta San Gwann jitkellem minn qabar gdid qed jghidilna li Gesu' gie moghti dfin onorabbli u xieraq.  

Kristu ircieva dfin temporarju ghax ma kienx hemm zmien ghal difna skond ir-riti minhabba li kien wasal Jum is-Sibt. Huma poggew nofs il-lizar fuq kantun ta' gebla, qieghdu l-gisem ta' Gesu' u ghattewh bin-nofs l-iehor. Kollha marru lura lejn djarhom bl-intenzjoni li jirritornaw wara l-festa ta' l-Ghid.