il-gimgha mqaddsa

IL-MAHFRA

L-iktar gheziez -  
Noqghodu fuq il-Kalvarju quddiem Kristu Gesu Msallab hdejn Marija Santissma Ommu, u niehdu minnu taghlim tal-hajja eterna.


v. Kristu Sultan Imsallab  
r. Ejjew Nadurawh


L-iktar gheziez -   


Itfghu ghajnejkom fuq l-Imghallem Divin taghkom u aqraw:


IL-MANSWETUDNI


 Gesu Kristu, vittma ta' ghejra u ta' mibeghda, ikkundannat bla htija ghall-mewt, minxur fuq salib bl-imsiemer f'idejh u f'saqajh, insolentat bid-disprezz tal-mirakli u tal-virtu tieghu, fetah fommu u bis-sincerita kollha talab ghall-ghedewwa tieghu: "Missier ahfrilhom."


Taghlim fuq din il-Pagna


1. Ma jissejjahx manswet min jivvendika ruhu, jew min jishon minghajr kawza gusta, jew jishon izzejjed f'kawza gusta.   


2. Il-manswet ghandu l-mahfra ta' dnubietu, ghandu l-paci f'qalbu, jissejjah iben t'Alla, hu mismugh fit-talb, u huwa oggett tal-ghaxqa ta' dak li jista kollox.   


3. Biex wiehed ikun manswet, jahseb fuq l-infern, jahseb fuq it-taghlim u fuq l-ezempji ta' Kristu, jaghmilha ma' nies mansweti u jitlob ‘l Alla li zgur jaghti l-ispirtu tajjeb lil min jitlobhulu. 

 
4. Il-veru manswet mhux meta mqanqal minn hwejjeg ta' din l-art, izda meta mqanqal minn haga tal-fidi.


Proponiment


Nipproponu, imreghdin fuq il-gudizzju t'Alla, illi nghannqu lil kull min hu hati ghalina fil-hsieb li xejn ma ghandu x'jaqsam l-aqwa deni ma' eternita kollha deni