il-gimgha mqaddsa

IL-MEWT

 L-iktar gheziez -  
Noqghodu fuq il-Kalvarju quddiem Kristu Gesu Msallab hdejn Marija Santissma Ommu, u niehdu minnu taghlim tal-hajja eterna.  

v. Kristu Sultan Imsallab  
r. Ejjew Nadurawh  

L-iktar gheziez -  
Itfghu   ghajnejkom fuq l-Imghallem Divin taghkom u aqraw:  

Il-Mewt  

Infatti Gesu Kristu qal: "Huwa mitmum", u miet ghall-hajja taghna, ghax ahna bnedmin gejna kkundannati ghall-mewt spiritwali u korporali. Isma' 'l Appostlu San Pawl: "Jekk irxuxtajtu ma' Kristu" - dan juri l-mewt spiritwali; "Permezz ta' bniedem il-mewt u permezz ta' bniedem il-qawma mill-imwiet" - dan juri l-mewt korporali.  

Taghlim fuq din il-Pagna  

1. Il-mewt hija zgura b'xhud tal-fidi, b'xhud ta' l-istorja, u b'xhud ta' l-istess kors naturali.   


2. Wahxi l-hsieb tal-mewt ghax tkun darba biss.   


3. L-incertezza fuq il-hin tal-mewt tikxef x'fidi ghandu fl-infern il-bniedem li tant jitwahhax min-nar u li jaf li dnub mejjet huwa l-kawza tat-telfien ta' dejjem.   


4. Billi l-mewt dahlet minhabba d-dnub, id-dnub immela jahrab mill-qalb bil-hsieb serju ta' l-istess mewt.  

Proponiment  

Nipproponu, la qghadna mhux hawn, illi niddistakkaw ruhna minn kulhadd u minn kollox b'gid kbir spiritwali taghna, dejjem nistennew b'qalbna ttaqtaq li minn mument ghal iehor naraw 'l Alla.