il-gimgha mqaddsa

IL-PACENZJA

L-iktar gheziez -  
Noqghodu fuq il-Kalvarju quddiem Kristu Gesu Msallab hdejn Marija Santissma Ommu,   u niehdu minnu taghlim tal-hajja eterna.


 v. Kristu Sultan Imsallab  
r. Ejjew Nadurawh


L-iktar gheziez -   


Ifthu ghajnejkom fuq l-Imghallem Divin taghkom u aqraw:


IL-PACENZJA


Infatti Gesu Kristu, imdendel fuq is-salib ghat-tpattija tad-dnubiet tal-bnedmin kollha, huwa tturmentat f'gismu akkawza ta' l-ugighat mill-pozizzjoni u mill-imsiemer; u f'ruhu abbandunat minn Missieru u minn hbiebu, f'bahar ta' insulti u ta' disprezzi fuq il-missjoni tieghu mill-ghedewwa u mnikket mill-prezenza ta' dawk li l-aktar ihobb; kollox huwa ssaporta mitluq f'idejn Alla.


Taghlim fuq din il-Pagna


1. Il-pacenzja hija neccesarja ghax il-bniedem ghandi jbati bhala bniedem, bhala midneb, u anki bhala predestinati ghall-glorja eterna. 


2. Bniedem tassew tal-pacenzja ma jharisx minn min jew mnejn jew minn xiex huwa mahqur, izda jiehu pacenzja dejjem u mhux biss kemm joghgbu u b'min jidhirlu. 


3. Mezzi ghall-pacenzja: talb lil Alla ghall-akkwist taghha; paragun mentali bejn iz-zmien u l-eternita fuq it-tbatija; l-ezempju ta' Kristu u tal-qaddisin; u perswazjoni li biss is-salib iqieghed fit-tron tal-glorja. 


4. Il-glorja tal-pacenzja meta tigi akkawza tal-virtu mhux akkawza tal-bluhat, bhal dik tal-habsin u dawk li ghamlu l-hsara.


Proponiment


Nipproponu li f'kull okkazjoni ta' tbatija nghidu b'qalb qawwija: "Inti gust,o Sinjur, u rett huwa l-gudizzju tieghek."