il-gimgha mqaddsa

IL-PACI

L-iktar gheziez -  
Noqghodu fuq il-Kalvarju quddiem Kristu Gesu Msallab hdejn Marija Santissma Ommu, u niehdu minnu taghlim tal-hajja eterna.  

v. Kristu Sultan Imsallab  
r. Ejjew Nadurawh

L-iktar gheziez -  
Ifthu ghajnejkom fuq l-Imghallem Divin taghkom u aqraw:  

Il-Paci 


Infatti Gesu Kristu medjatur wiehed bejn Alla u l-bniedem bil-mewt tieghu fuq is-salib gieb il-bewsa tal-paci t'Alla lid- dinja, li kienet ghal ghajnejh oggett ta' korla u rrikoncilja l-art mas-sema fi hbiberija vera. L-angli fi twelidu qalu: "Glorja lil Alla fis-smewwiet u paci fl-art lill-bnedmin ta' rieda tajba."  

Taghlim fuq din il-Pagna  

1. Il-bnedmin kollha, virtuzi u vizzjuzi, kollox jaghmlu ghall-akkwist tal-paci.


2. Hadd ma kien jasal qatt biex isib mezzi tal-vera paci kieku ma urihomlilniex Kristu fil-faqar fl-umiljazzjoni u tbatija.


3.Il-vera paci, effett ta' perfezzjoni, ma thallikx tixtieq xejn mill-hwejjeg li tfittex id-dinja.


4. "Ma hemmx paci ghall-hziena." qal il-Mulej. (Isaija xlviii 22)


Proponiment  

Nipproponu, li nwahhlu 'l qlub taghna u hsibijietna fejn hemm il-veru ferh, is-somma paci, mhux suggetta li tintefa' bil-hsieb tal-mewt.