il-gimgha mqaddsa

IL-PASSJONI TA' KRISTU FL-ARTI

Meta jkun qorob l-istagun ta' l-Ghid, l-insara madwar id-dinja jibdew ihejju biex jiccelebraw l-Ghid Imqaddsa. L-insara jkunu mistiedna biex jezaminaw ir-relevanza tal-wirt ta' Kristu wara kwazi ftit aktar minn elfejn sena u kemm dan il-wirt hu ta' importanza u htiega fil-hajja taghhom. Wiehed mill-aspetti l-aktar salutari imma minsi  jew sfortunatament moghti l-gemb ta' dan il-wirt hija l-Bibbja li ghandha influwenza l-aktar kbira fuq l-arti.


Ghal aktar minn 400 sena minn zmien Giotto ghall-epoka ta' Rembrandt  wiehed ma jistax jikkoncepixxi li l-pittura tal-Punent ma turix vizjoni u stejjer misjuba fil-Bibbja, specjalment fil-Bibbja.


Giotto  u Duccio di Buoninsegna jaghtuna xoghlijiet tal-Passjoni ta’ Kristu mill-aktar interessanti. Iz-zewg artisti jesprimu mumenti sinifikanti ta’ l-istorja kif deskritta fl-Evangelju u mill-grajjiet li nibtu madwar dawn il-kitbiet skritturali.


Ghalkemm il-ftit artisti li gew warajhom (bl-eccezzjoni ta’ Durer) kienu hekk ambizzjuzi li jpittru s-serje tal-Passjoni bl-istess entuzjazmu ta’ dawn iz-zewg imghallmin, il-kobor tax-xoghlijiet taghhom kompla ghen biex tizdied aktar qawwa ta’ xbihat ma’ dawk li diga kienu jezistu.  Hekk li r-rivalita’ bejn Leonardo u Michelangelo, Durer u Grunewald, Bosch u Brueghel, Titan u Tintoretto u Rubens u Rembrandt  kienet il-mutur wara l-hiliet taghhom biex jesprimu hiliethom fil-pittura fuq talba tal-princpijiet u prelati tal-knisja hekk li l-vizjoni tal-Kristjanita’ tibqa’ tiddomina u tkompli sa l-ahhar zminijet.


Il-Passjoni mill-kelma Latina sofferenza jew tbatija hija l-istorja ta’ l-ahhar mumenti ta’ Kristu hawn fuq l-art. Episodji u dettalji huma imnizzla fil-pitturi skond l-erba evangelji. Wiehed jista’ jghid li kull verzjoni ta’ pittura fuq Kristu tibda' bid-dahla ta’ Kristu gewwa Gerusalemm qabel ma huwa ghamel l-ahhar ikla mad-dixxipli tieghu.  Fid-dahla tieghu gewwa il-belt kapitali lhudija, Kristu huwa muri  bhala l-bniedem messija, milqugh triumfalment mill-folla tan-nies.  Ix-xoghlijiet kollha imbaghad jispiccaw bil-krucifissjoni. Bejn dawn iz-zewg mumenti l-grajjiet u l-bnedmin jimxu b’girja bla hniena biex juru li tmien tragku kien riesaq lejn Bin il-Bniedem.


Gesu’ gie fid-dinja biex jsalva lill- midimbin u minhabba f’hekk kellu jghaddi minn umiljazzjoni pubblika, tortura mill-aktar kiefra, abbandun totali u tradiment. Fost il-popli mediterraneju, l-aktar mewt kiefra bi tbatija kbira kienet it-tislib, esekuzzjoni li kienet riservat ghal aghar kriminali. Hekk kif l-kristjanita’ bdiet tiddomina l-occident, ix-xbiha ta’ misthija tal-krucifissjoni saret ic-centru u simbolu li jiddistingwi r-religjon   il-gdida.


Filwaqt li religjonijiet ohra kienu jiccelebraw il-qawwa u l-invulerabilita’ ta’ l-allat taghhom, il-Knisja ta’ Kristu kienet tiffoka fuq il-vulernabilita’ umana u tbatijiet ta’ Gesu’.  Wahedha biss ir-religjoni Kristjana kienet tistqarr il-mewt tal-fundatur taghha, Alla maghmul bniedem, izda li hu finalment rebbieh fuq il-mewt u d-dnub u l-hazen kollu tad-dinja. Il-knisja uzat l-arti biex iggib dan kollu, jigifieri l-misterju tal-fidwa lil dawk li ma kienux jafu jaqraw.  Meta din it-tomgha ghal dawn ir-raprezentazzjoniet imaginattivi minn Bibbja saret aptit, allura l-knisja sabet mezz qawwi hafna li tilhaq l-emozzjonijiet l-aktar profondi tal-bniedem.

 

il-passjoni ta' kristru fi kwadru wiehed

IL-PASSJONI TA' KRISTU FI KWADRU WIEHED


Dan hu xoghol ta' l-artist Hans Memling li ghex madwar is-sena 1430 - 1494. Huwa xoghol biz-zejt fuq pannel ta' 57 centimetru u 92 centimetru li hadem bejn is-snin 1470 - 1471. Jinsab fil-Gallerija Sabauda gewwa Turin.


Memling kien kapaci li jghaqqad l-episodji tal-Passjoni fi kwadru wiehed u fl-ahhar ghaqqad il-Qawmien ta' Kristu mill-imwiet biex b'hekk holoq 23 xeni f'pannel zghir. 


Il-persuni li jidhru qed jitolbu fl-irkejjen t'isfel probabilment huma Tommaso Portinari li kkumissjona l-opra u martu. Jekk wiehed jibda' minn naha tal-lemin  fuq in-naha ta' fuq jara li l-grajja tibda' bid-dahla ta' Kristu gewwa Gerusalemm u jekk jibqa' niezel u jdur dawra sewwa mal-kwadru jista' jara l-episodji principali tat-tbatija ta' Kristu ftit qabel ma miet.