il-gimgha mqaddsa

IL-PERSEKUZZJONI GHAS-SERVI TA' ALLA

L-iktar gheziez -  
Noqghodu fuq il-Kalvarju quddiem Kristu Gesu Msallab hdejn Marija Santissma Ommu,   u niehdu minnu taghlim tal-hajja eterna.


v. Kristu Sultan Imsallab  
r. Ejjew Nadurawh


L-iktar gheziez -   


Itfghu   ghajnejkom fuq l-Imghallem Divin taghkom u aqraw:


IL-PERSEKUZZJONI GHAS-SERVI T'ALLA


Infatti Gesu Kristu, il-veru werriet ta' l-ghalqa ta' dwieli, ghax-xehha u ghall-ghejra ta' dawk li fosthom Hu kien mibghut minn Alla biex jghallem u jhenni, minflok ma gie milqugh bil-qima li tixraqlu, gie falsament akkuzat u ssentenzjat ghall-mewt tas-salib minhabba t-tixwix u l-kalunnji: gid imhallas b'deni.


Taghlim fuq din il-Pagna


1. Hija profezija li zgur tigi mitmuma ghax divina: "Jekk haqru lili, jahqru wkoll lilkom."  
(Gw 15:20) 


2. F'xi wiehed miz-zewg tribunali, indispensabbli ghal kull bniedem, jehtieg tinghata sentenza hazina ghax kuntrarji: "Imberkin intom meta jkunu sehtukom il-bnedmin."  
(Mt 5:11) 


3. Il-persekuzzjoni mill-hziena ggib b'konfuzjoni taghhom glorja, kuruna u veru gid fuq il-gusti: gid minn deni.

 
4. Kawza ordinarja tal-persekuzzjoni hija s-senswalita li biex tfittex lilha nfisha f'kollox, ghandha avversjoni serja ghal kull ligi u ghal gid spiritwali.


Proponiment


Nipproponu li dejjem inlestu ruhna ghall-persekuzzjoni u li nifirhu meta tigi, fuq il-hsieb li nixbhu 'l-Imghallem Divin taghna b'sinjal hekk kbir ta predestinazzjoni ghall-glorja eterna