il-gimgha mqaddsa

IL-PREZZJOZITA' TA' RUH IL-BNIEDEM

Infatti Gesu Kristu biss seta' jkun il-prezz biex bih jigi mifdi l-bniedem mill-jasar tad-dnub: mill-prezz imqieghed jingharaf l-oggett. Demm t'Alla inkarnat bil-prezz ghas-sahha eterna ta' ruh il-bniedem; u xejn, la deheb, la fidda; xejn hlief tixrid ta' demm divin biss seta' jixtri u jifdi l-bniedem. Ara kemm hija prezzjuza ruhna u staghgeb!   L-iktar gheziez -  
Noqghodu fuq il-Kalvarju quddiem Kristu Gesu Msallab hdejn Marija Santissma Ommu, u niehdu minnu taghlim tal-hajja eterna.  

v. Kristu Sultan Imsallab  
r. Ejjew Nadurawh  

L-iktar gheziez -  
Itfghu   ghajnejkom fuq l-Imghallem Divin taghkom u aqraw:  

Il-Prezzjozita ta' Ruh il-Bniedem  


Taghlim fuq din il-Pagna  

1. Il-Knisja tistaghgeb kemm hija prezzjuza ruh il-bniedem: "O Alla, li hlaqt b'mod tal-ghageb id-dinjita tas-sustanza tal-bniedem u b'mod iktar tal-ghageb Inti fdejt il-bniedem."   


2. Prezzjuza ruh il-bniedem ghall-kapacitajiet taghha: intellett, volonta u memorja, u ghall-immortalita taghha.  


3. Prezzjuz huwa l-bniedem mhux biss ghax huwa xbiha ta' Alla, izda ghax huwa kapaci tal-grazzja tieghu.   


4. Wiehed malajr jikkonkludi li l-fidi hija mejta x'hin jara tant kultura ghall-gisem u ghar-ruh xejn, anzi hsara volontarja  

Proponiment  

Nipproponu illi nitbezzghu fuq l-iskandlu lill-proxxmu li minhabba fih miet Kristu