il-gimgha mqaddsa

IL-VOKAZZJONI TA' L-ISTAT HAGA TA' ALLA BISS

L-iktar gheziez -  
Noqghodu fuq il-Kalvarju quddiem Kristu Gesu Msallab hdejn Marija Santissma Ommu,  u niehdu minnu taghlim tal-hajja eterna.   


v. Kristu Sultan Imsallab  
r. Ejjew Nadurawh


L-iktar gheziez -  
Itfghu ghajnejkom fuq l-Imghallem Divin taghkom u aqraw:


IL-VOKAZZJONI TA- L-ISTAT HAGA TA' ALLA BISS


Infatti Gesu Kristu, veru Sacerdot offra lilu nnifsu vittma vera u denja lill-Missier Alla ghall-glorja ta' l-Isem Divin u ghall gustifikazzjoni tal-bniedem. Hu kif jikteb l-Appostlu San Pawl ma hadux b'idejh li jsir Sacerdot, izda ghax hekk gie imsejjah minn Alla u ghar-riverenza tieghu gie wkoll mismugh f'talbu.


Taghlim fuq din il-Pagna


1. Il-vokazzjoni haga ta' Alla biss ghax hu l-ordinatur generali tas-socjeta' umana li jqassam bl-ordni tas-Sapjenza tieghu.  "Jekk il-gisem kollu ghajn, fejn hu s-smigh? Bosta membri u gisem wiehed." (I Kor xii 17 & 20) 


2. Il-vokazzjoni haga ta' Alla biss ghax Geremija profeta jghid fl-Ispirtu Santu: " Mhix haga li tmiss il-bniedem li jiddeciedi fuq il-propja xorti tieghu nnifsu li jaghzel ghalih nnifsu it-triq u jirregola l-imgieba tieghu stess." Din hija haga li tmiss il-Providenza t'Alla. 


3. Fuq il-vokazzjoni nisranija isma' lil Kristu x'jghid: " Hadd ma jigi ghandi jekk il-Missier tieghi ma jkunx gibdu." (S Gwann vi, 44) 


4. Fuq il-vokazzjoni ghall-ufficcji isma' x'jghid l-Appostlu San Pawl:" Kull wiehed ghandu minn Alla, wiehed hekk u l-iehor hekk; kull wiehed jibqa' f'din il-vokazzjoni li ghaliha gie msejjah." I Kor vii 20)


Proponiment


Nipproponu li noffru bil-gost kollu lilna nfusna lill Alla u nghidulu: "Ahna servi tieghek,ikun lilna kif joghgob lilek."