il-gimgha mqaddsa

ILLUM STESS TKUN MIEGHI L-GENNA (2)

Kristu Sidna,  l-Iben t'Alla,

Qal it-tieni kelma tieghu

Biex iwieghed lil min talbu

li ser jiehdu l-genna mieghu.


Lil haruf bla tebgha safi,

Xlewh il-Lhud bhala xewwiex,

Waqt li helsu lil Barabba,

Tawh il-mewt bla xejn fuqiex.


Fuq il-gholja tal-Kalvarju

Gie maghdud mal-hallelin,

X'ghamel?..x'Seraq..? Radd il-Hajja!

X'qalb!...X'kerija ta' bnedmin!


Fost il-half u d-dagha tal-folla

U z-zeblieh tiela' mill-qrib

Ma naqasx xi hadd li jmadru

Hdejh, mill-ghuda tas-Salib.


"Jekk Int Kristu l-Iben t'Alla"

Fil-holqien torbot u tholl,

Issa l-waqt "mis-salib inzel,

U ehles mieghek lilna ilkoll."


Ma felhux il-halliel siehbu,

Mill-gemb l-iehor tal-lemin,

Canfru, qallu: Dan bla htija,

Jien u inti t-tnejn hatjin

Tghidx kemm thassru rah imsallab,

Sa jmut f'nofshom minghajr htija!

"Meta tkun fis-saltna tieghek","

Mulej", qallu: "ftakar fija."


"Illum stess - dar lejh u wiegbu_,  

Tidhol mieghi fis-smewwiet,

Minn fuq l-Ghuda u bl-istess Ghuda,

Tas-Salib ruh ohra nfdiet.


O Gesu' fuq l-Ghuda mqaddsa

Bejn is-sema u l-art merfugh,

Nissel fina sobgha kbira,

Ghal dnubietna mewt tar-ruh.


U b'dirghajk miftuhin berah,

Mas-Salib hanin ilqaghna,

Zommna lkoll imhaddna mieghek

Ghax fik biss it-tama taghna.


Il-halliel it-tajjeb talbek,

Qabel miet, tiftakar fih;

Int ma sibtha xejn bi tqila,

Hadtu l-Genna ghax soghob bih.


Henn ghalina, henn ghalina,

Turufnati f'dan il-wied,

Henn ghalina,aghtina l-mahfra,

Ftakar fina fis-smewwiet

IMARA HEKK HU IBNEK...GIOVANNI HEKK HU OMMOK (3)