il-gimgha mqaddsa

IN-NECESSITA' TA' L-EZEMPJI TAJBA

IN-NECESSITA' TA' L-EZEMPJI TAJBA

L-iktar gheziez -

Noqghodu fuq il-Kalvarju quddiem Kristu Gesu Msallab hdejn Marija Santissma Ommu,   u niehdu minnu taghlim tal-hajja eterna.


v. Kristu Sultan Imsallab  
r. Ejjew Nadurawh

L-iktar gheziez -

Itfghu   ghajnejkom fuq l-Imghallem Divin taghkom u aqraw:

IN-NECESSITA' TA L-EZEMPJI T-TAJBA

Infatti Gesu Kristu, veru arkittet gharef li jibni fuq il-blat, ikkonferma taghlimu bl-ezempju fuq is-salib. Maghdud mal-hziena jitlob ghall-ghedewwa: ekku l-umilta u l-manswetudni; imut ghall-hegga t'Alla u ghas-sahha tal-proxxmu f'faqar estrem: ekku l-karita lejn Alla u lejn il-proxxmu. X'inhu f'kelma wahda Kristu Krucifiss hlief l-Evangelju illustrat?

Taghlim fuq din il-Pagna

1. Min jghallem minghajr ezempji tajba jiccanfar bil-proverbju: "Tabib, fejjaq lilek innifsek."

2. Jekk trid tkun taf kemm jiswa l-ezempju, isma' lill-pagan Orazju Flacco bid-dehen tan-natura: "Il-kliem iqanqal, izda l-ezempju jkaxkar."

3. Rigward l-ezempju tajjeb Gesu xebbah lill-iskulari tieghu lid-"dawl", lill-"belt fuq muntanja" u lill-"melh" ghall-effetwazzjoni tat-taghlim Evangeliku.

4. Sigra tajba ma tistax taghti frott hazin, lanqas sigra hazina ma tista taghti frott tajjeb; ghalhekk l-ghemil estern jaghti xhud fuq il-perswazzjoni ta' qalb kull bniedem.

Proponiment

Nipproponu li nghozzu lil min jedifikana bl-ezempji tajba u li naharbu minn min jaghtina ezempji hziena, li jigbdu b'forza akbar mill-ezempji t-tajba