il-gimgha mqaddsa

IN-NECESSITA TAL-FIDI

 L-iktar gheziez -  
Noqghodu fuq il-Kalvarju quddiem Kristu Gesu Msallab hdejn Marija Santissma Ommu,  u niehdu minnu taghlim tal-hajja eterna.


v. Kristu Sultan Imsallab  
r. Ejjew Nadurawh


L-iktar gheziez -  
Itfghu ghajnejkom fuq l-Imghallem Divin taghkom u aqraw:


IN-NECESSITA TAL-FIDI


Infatti Gesu Kristu kurcifiss,  realta' awtenika tas-serpent tal-bronz, imwaqqaf biex jigi mehlus mill-mewt min ihares lejh,  sar kawza ta' hajja eterna ghal min jemmen fih,  kif Hu stess qal lil Nikodemu.  Wiehed mill-hallelin jistqarru Alla u bniedem u jiret il-genna.  Hadd hlief Alla ma jaghti l-Genna; hadd hlief kreatura mhi suggetta ghat-tibdil.


Taghlim fuq din il-Pagna


1. San Pawl qal li l-Fidi ma hiex haga ta' kulhadd; u Gesu' qal lill-missier l-indemonjat: " Jekk tista' temmen, kollox jista jkun ghal min jemmen." ( Mark ix 23)


2. Il-Fidi ghandha tkun ferma, kostanti, universali u hajja.


3. Depozitu tal-Fidi: Il-knisja, b'Kap vizibbli l-Papa, li tat u taghti frottijiet tal-verita' fil-qaddisin ikkonfermati b'ghegubijiet divini


4. Mezzi ghall-Fidi: Smigh spiss tal-Kelma ta' Alla u kumpannija ma' nies fidili.


Proponiment


Nipproponu li spiss naqraw it-tlett kotba li bil-verita' jipperswadu b'tisqija ghall-Fidi,  u dawn huma n-natura mahluqa, Gesu' Kristu fil-migja teghu fid-dinja u l-ghegubijiet fil-hajja tal-qaddisin, frott tal-Knisja taghna.