il-gimgha mqaddsa

IR-REFUGJU TAL-MIDNEB

Staqsejt lil Kristu u ghedtlu:
"Kemm thobbni?"
Hu fetah dirghajh berah u qalli:
"Daqshekk!"
U baxxa rasu u miet


L-iktar gheziez -   


Noqghodu fuq il-Kalvarju quddiem Kristu Gesu Msallab hdejn Marija Santissma Ommu,   u niehdu minnu taghlim tal-hajja eterna.   


v. Kristu Sultan Imsallab  
r. Ejjew Nadurawh


L-iktar gheziez -  
Ifthu ghajnejkom fuq l-Imghallem Divin taghkom u aqraw:


IR-REFUGJU TAL-MIDNEB


Infatti Gesu Kristu, vittma tal-midinbin, fuq is-salib qal lill-halliel li kien irrikkora lejh: "Illum tkun il-genna mieghi." Dan il-halliel, billi kien ikkundannat ghall-mewt, minghajr dubju kellu htija gravi, mill-piena tingharaf il-htija. Min ma jersaqx jistkenn fil-pjagi ta' Kristu xhin tassew jemmen li Hu b'idejh miftuha ghalhekk, sabiex ihaddan il-midinbin li jigu ghandu


Taghlim fuq din il-Pagna


1. Hu zgur b'xhud tan-natura li Alla jahfer lil min jitolbu bil-verita, ghax missier ma jafx ikecci 'l ibnu niedem. 


2. Hu zgur b'xhud mill-fidi li Alla jahfer lil min jitolbu mahfra bil-verita: mill-parrabola tal-Farizew u l-Pubblikan, u minn dik ta' l-Iben il-Hali. 


3. Hu zgur li Alla ma jahfirx lil min ma jridx jahfer. 


4. M'ghandux jistenna mahfra min ikollu fehma li jidneb, jew li jkollu fidi dubja, u min ma jaghmilx il-mezzi ghall-mahfra
.


Proponiment


Nipproponu li ma nhallux jum   wiehed biss jghaddi bla ma ninzlu gharrkobtejna quddiem Alla taghna biex nirringrazzjawh u nitolbuh mahfra qabel ma norqdu.